COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Min jista’ juża s-servizz tat-tilqim fid-dar?

Victorian testing commander Jeroen Weimar

Victorian testing commander Jeroen Weimar Source: AAP

  • Il-kmandant tal-COVID fil-Victoria Jeroen Weimar qal li dawk li jridu li jużaw servizz tat-tilqim fid-dar għandhom jikkuntattjaw lit-tabib tagħhom jew lit-tim tas-saħħa pubblika lokali l-ewwel.
  • Maskri se jitneħħew mill-użu ġewwa millum fil-biċċa l-kbira tal-kosta tal-lvant, waqt li l-użu tal-maskri bilfors kien estiż f’Western Australia.
  • Hemm talbiet biex multi tal-COVID jinħafru għal dawk vulnerabbli li jinsabu fid-dejn u li ma jistgħux iħallsu.
  • Fi New South Wales, millum, m’hemmx bżonn l-ilbies tal-maskri fil-biċċa l-kbira tal-postijiet ġewwa fi NSW, imma jibqgħu meħtieġa fuq it-trasport pubbliku, u fl-isptarijiet u f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani.
  • Il-maskri jibqgħu wkoll meħtieġa għal żjajjar fil-ħabsijiet u f’festivals ta’ mużika ġewwa b’aktar minn 1,000 persuna.
  • Il-Ministru tas-Saħħa fil-Victoria Martin Foley jgħid li l-gvern qed jikkonċentra biex jagħmel it-tilqim kemm jista’ jkun aċċessibbli għal kulħadd. Huwa jgħid li l-programm tat-tilqim fid-dar se jkun estiż u jkun hemm postijiet li jitwaqqfu għat-tilqim f’postijiet ta’ reliġjon, klabbijiet tal-isports u skejjel.  
  • Fil-Victoria l-ilbies tal-maskri jibqa’ bilfors għal studenti ta’ year 3 jew gradi għolja fi skejjel primarji u għal ħaddiema f’ċentri tat-tagħlim kmieni tat-tfal u skejjel primarji.
  • Foley jgħid li dan qed isir minħabba li tfal fl-iskejjel primarji għadhom ma ħadux iż-żewġ dożi tal-vaċċin.
  • F’South Australia, iż-żfin u l-kant se jkun permess f’funzjonijiet privati u numru akbar ta’ nies jistgħu jattendu għal sports, bilqiegħda barra. Ix-xorb bilwieqfa se jkun permess f’postijiet b’50 fil-mija tal-kapaċità tagħhom minn tmiem il-ġimgħa.  
  • Il-gvern ta’ Hong Kong daħħal setgħat ta’ emerġenza biex jippermetti tobba u nersis miċ-Ċina biex jaħdmu fit-territorju biex jgħinu fl-imxija tal-coronavirus li qed tikber.


Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstralja

Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,144 pazjent fl-isptar b’64 minnhom fil-kura intensiva. Kien hemm 6 imwiet u 7,583 każ ġdid tal-COVID-19.

Fil-Victoria, 301 persuna jinsabu l-isptar bi 38 fil-ICU u 4 fuq ventilators. Kien hemm 11-il mewt u 6,580 infezzjoni ġdida.

Fi Queensland, kien hemm 5,440 każ ġdid tal-COVID-19 u sebat imwiet. 350 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, bi 30 pazjent fil-kura intensiva.

Fit-Tasmanja kienet irregistrata mewt waħda b851 każ ġdid tal-COVID-19. 11-il persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, tnejn minnhom fl-ICU.

Fl-ACT 41 persuna issa jinsabu l-isptar bil-COVID-19, bi 3 pazjenti fil-kura intensiva. Ma kienet irrappurtata l-ebda mewt b’773 każ ġdid.





Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19



Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a 



Jekk ikollok bżonn għajnuna finanzjarja,  iċċekkja x’inhuma l-għażliet tiegħek


Aqra l-informazzjoni kollha dwar il-COVID-19 bil-Malti fuq l- SBS Coronavirus portal.

 


Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand