Ħames affarijiet li tista’ tagħmel issa biex ittejjeb is-saħħa u l-qagħda tajba tiegħek

Hemm numru ta’ benefiċċji meta wieħed iżomm saħħtu u l-qagħda tajba tiegħu, u ħafna drabi meta wieħed ma jagħmilx dan jista’ jkollu impatt fuq is-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

Cette histoire fait partie de l'initiative Mind Your Health de SBS.

Cette histoire fait partie de l'initiative Mind Your Health de SBS. Source: iStockphoto / DisobeyArt/Getty Images/iStockphoto

L-attività fiżika u li żżomm dieta bbilanċjata huma żewġ affarijiet li tista’ tagħmel kuljum biex iżżomm saħħtek tajba, tgħid il-Professur tal-Attività fiżika u s-Saħħa Anne Tiedeman.

Affarijiet oħra jinkludu l-limitu tax-xorb alkoħoliku, it-tnaqqis fit-tipjip u li żżomm ruħek ikkonnettjat soċjalment.

1. Attività Fiżika

Il-Professur Tiedeman tgħid li hemm aktar minn prova waħda li meta tkun fiżikament attiv mhux biss tajjeb għas-saħħa fiżika, mentali u soċjali, imma tevita mard li jitfaċċa hekk kif nibdew nidħlu fl-età.

Dak li persuna tagħmel illum jew din il-ġimgħa jista’ jkun ta’ benefiċċju aktar ma jgħaddi ż-zmien, tispjega l-esperta mill-Univesità ta’ Sydney.
Dwar kemm persuna tagħmel attività fiżika, il-Professur Tiedeman tirreferi għal- linji gwida tal-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija, li tipprovdi rakomandazzjonijiet skont l-età u jekk persuna għandhiex mard kroniku jew diżabilità.

“Il-messaġġ ewlieni f’dak li għandu x’jaqsam mal-attività fiżika huwa li huwa tajjeb għal kulħadd, irrespettivament l-età jew il-livell ta’ diżabilità tiegħek.

“U anke jekk ma tissodisfax l-ammont ta’ attività fiżika li huwa rrakomandat fil-linji gwida, nafu wkoll minn riċerka ċara li kull ammont ta’ eżerċizzju jew attività fiżika tkun ta’ benefiċċju u li jekk tagħmel ftit aktar milli qed tagħmel bħalissa jkun ta’ benefiċċju għalik”

Hija tispjega li l-attività fiżika tista’ tkun f’diversi forom u m’hemmx għalfejn ikun sport strutturat jew eżerċizzju fi grupp.

“Jista’ jkun il-ħin ħieles tiegħek meta tmur għal mixja, jew jista’ jkun xogħol domestiku. Għalhekk meta tagħmel attivitajiet madwar id-dar, xogħol fil-ġnien, kollha huma affarijiet tajbin għas-saħħa."

2. Żomm dieta bbilanċjata

Il-Professur Tiedeman tgħid li huwa importanti li żżomm dieta bbilanċjata biex tnaqqas il-fatturi ta’ riskju ta’ mard fit-tul u tnaqqas il-periklu tal-ħxuna żejda.

Nutrizzjoni tajba fid-dieta tiegħek hija tajba għall-ġisem, biex iżżomm l-għadam b’saħħtu u biex tħossok mimli enerġija.

“Dawn l-affarijiet kollha huma verament importanti, li jkollok dieta bbilanċjata, ma tiekolx ikel żejjed li jkun ipproċessat u ma tieħux ħafna zokkor, li hija kwistjoni kbira, fis-soċjetà bħalissa.”

Il- Linji Gwida dwar id-Dieta fl-Awstralja jipprovdu informazzjoni dwar it-tipi u l-ammonti ta’ ikel, gruppi tal-ikel u l-varjetà u l-kwantità tal-ikel li nieklu.

Tinkoraġġixxi lin-nies fl-Awstralja biex jesperjenzaw varjetà ta’ ikel nutrittiv mill-ħames gruppi ta’ ikel, waqt li tillimita ikel li jkun fih xaħam saturat, żjieda fil-melħ, żjieda fiz-zokkor u alkoħol.

3. Illimita l-alkoħol li tixrob u aqta’ s-sigaretti

“Nafu li dawn huma verament fatturi importanti ta’ riskju fil-ħajja għal ħafna mard,” tgħid il-Professur Tiedeman, dwar il-bżonn li nillimitaw ix-xorb alkoħoliku u li naqtgħu t-tipjip.

Il-konsum alkoħoliku jikkontribwixxi għal 3 miljun mewt kull sena mad-dinja kollha, kif ukoll jikkontribwixxi għal diżabilitajiet u mard ta’ miljuni ta’ nies, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Informazzjoni mill-Istitut Awstraljan tas-Saħħa u l-Welfare (AIHW) turi li kien hemm 1,452 mewt kaġun tal-alkoħol rreġistrata fl-2020, il-maġġoranza (73 fil-mija) kienu rġiel.

Il-Linji Gwida tal-Alkoħol fl-Awstralja li kienu riveduti fl-2020, jippreżentaw l-linji gwida għall-konsum biex jitnaqqas il-periklu tas-saħħa mix-xorb alkoħoliku.

Ma’ dan, il-Kunsill tal-Kanċer jirrakomanda 12-il mod kif tista’  twarrab l-użu tal-alkoħol inkluż li tinkorpora ġranet li fihom ma tixrobx alkoħol u li tuża l-ilma biex taqta’ l-għatx.

4. Importanti li persuna żżomm ruħha kkonnettjata

Il-Professur Tiedeman tgħid li s-solitidni hija “problema kbira” fis-soċjetà, u dan jista’ jiġri anke meta persuna tkun imdawra b’oħrajn, billi ħafna drabi jkun hemm “nuqqas ta’ konnessjoni”.

“L-importanti huwa li tħossok ikkonnettjat ma’ dawk madwarek u li tħossok ikkonnettjat mas-soċjetà li ngħixu fiha.

“Huwa li tħossok li tfisser xi ħaġa għal nies oħrajn, u li turi wkoll li jimpurtak dwar nies oħrajn. Din il-konnessjoni umana kollha hija importanti ħafna.”

Hija tgħid li l-konnessjoni tista’ tinkiseb b’diversi modi, inkluż il-volontarjat u li tkun attiv fil-komunit à.

“[Il-volontarjat] jista’ jkun mod li jippromwovi konnessjoni soċjali ma’ nies oħrajn billi tkun parti minn grupp u li flimkien ikollhom speċi ta’ skop u interess li jagħmlu xi ħaġa; għalhekk ħafna nies isibu l-isport adattat għal dan l-għan.

“Għandek l-isport ibbażat bħala tim; kulħadd għandu l-istess mira u riżultat u għalhekk kulħadd ikun maqgħud flimkien b’dan il-mod.”

Madankollu, hija tispjega li xi wħud jieħdu pjaċir ikunu waħidhom.

“Anke jekk [dawn l-individwi] jkunu waħidhom, xorta jkollhom konnessjoni permezz ta’ affarijiet oħra.”

Beyond Blue tirrakomda miżuri biex tibqa’ kkonnettjat soċjalment billi tuża teknoloġiji diversi inklużi Skype, Zoom, FaceTime u apps bħal House Party li jippermettu lin-nies li jitkellmu permezz tal-vidjo.

L-organizzazzjoni tirrakomanda wkoll l-organizzazzjoni ta’ laqgħat soċjali regulari inklużi laqgħat bħal klabb tal-kotba, trivia night, ikliet fil-familji, parties taż-żfin jew sempliċement laqgħat ma’ ħbieb biex titkellem.

5. Iċċekkja miegħek innifsek dwar kif tħossok u ma’ dawk li huma importanti f’ħajtek

Il-lockdowns waqt il-pandemija tal-COVID-19 huma eżempju ċar għaliex hemm bżonn li tieħu ħsieb tiegħek innifsek u ta’ dawk li huma importanti għalik, tgħid il-Professur Tiedeman.

“Naħseb li dan huwa importanti ħafna. Naf per eżempju li ninkwieta dwar il-ġenituri li huma aktar anzjani li jkunu f’lockdwon jew li nkun ċerta li jkollhom dak li għandhom bżonn.

“Imma ħafna drabi ma nkunux nafu li nkunu għaddejjin minn ħafna stress u ansjetà. Għalhekk li tiċċekkja lilek innifsek, u tiżgura li qed tagħmel l-affarijiet li huma tajbin għal saħħtek u dak li huwa tajjeb għalik huwa importanti ħafna.”

Il-Black Dog Institute jirrakomanda lista ta’ sitt affarijiet li persuna għandha tiċċekkja kull ġimgħa biex tkun taf li tinsab f’kundizzjoni tajba mentalment, inkluż kif tħossha, il-ġisem, l-irqad u l-ħsibijiet.

Dawk li jkunu jridu għajnuna jistgħu jikkuntattjaw Lifeline 24 siegħa kuljum fuq 13 11 14, Suicide Call Back Service fuq 1300 659 467 u Kids Helpline fuq 1800 55 1800 (għal dawk żgħażagħ bejn il-5 snin u 25 sena). Aktar informazzjoni tinkiseb f’Beyond Blue.org.au  u lifeline.org.au.

Embrace Multicultural Mental Health tappoġġja lil dawk minn sfond kulturali u lingwistiku divers.

Share

Published

Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Ħames affarijiet li tista’ tagħmel issa biex ittejjeb is-saħħa u l-qagħda tajba tiegħek | SBS Maltese