Kif tieħu l-vaċċin tal-COVID-19 fl-Awstralja?

It-tilqim tal-Covid-19 fl-Awstralja miexi ‘l quddiem. Aqra dan l-artiku biex tkun taf aktar, meta u fejn tkun tista’ tibbukkja biex tieħu t-tilqima.

Vaccines

Source: Vaccines - GettyImage

L-Istrateġija tal-Introduzzjoni Nazzjoni tal-COVID-19  fl –Awstralja tidentifika l-prijorità tal-populazzjonijiet u l-postijiet mal-pajjiż kollu fejn il-vaċċini jkunu amministrati. Ħaddiema fil-kura tas-saħħa li jinsabu fuq quddiem iħabbtu wiċċhom mal-virus, ħaddiema tal-kwarantina u ħaddiema tal-fruntieri, kif ukoll residenti u ħaddiema fil-qasam tal-kura tal-anzjani u dawk b’diżabilità huwa minn tal-ewwel fl-istrateġija tal-introduzzjoni tat-tilqima.  

Biex tkun taf jekk tistax tieħu t-tilqima tal-COVID-19 u fejn tibbukkja appuntament żur  https://covid-vaccine.healthdirect.gov.au/

Segwi l-passi fuq din il-websajt biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għal vaċċin: https://covid-vaccine.healthdirect.gov.au/

Jekk għadek m’intix eliġibbli, u għandek 18-il sena jew aktar, tista’ titlob biex tkun avżat/a meta tkun eliġibbli.

Dawk taħt is-16-il sena għadhom m’humiex eliġibbli għat-tilqim fl-Awstralja.

Tista’ tibbukkja wkoll appuntament mat-Tabib tiegħek u informazzjoni dwar il-vaċċin bil-lingwa tiegħek: https://www.health.gov.au/initiatives-and-programs/covid-19-vaccines/covid-19-vaccine-information-in-your-language

Liema huma t-tilqimiet irrakomandati?

Il-Grupp ta’ Konsulenza Teknika fl-Awstralja dwar it-Tilqim (ATAGI) javża li l-vaċċin Pfizer (Comirnaty) huwa ta’ prijorità għal dawk taħt is-60 sena.

Il-vaċċin tal-AstraZeneca huwa ta’ prijorità għal dawk li għandhom 60 sena jew aktar. Madankollu, jekk għandek bejn 18 u 59 sena tista’ tagħżel li tirċievu l-vaċċin tal-AstraZeneca wara li tikkonsulta mat-tabib tiegħek u tipprovdi kunsens għal dan.

Il-vaċċin  Moderna huwa approvat proviżjonalment għal dawk li għandhom 18-il sena jew aktar u mistennija tibda tingħata t-tilqima tiegħu minn Settembru ’il quddiem.
It-tilqima tiegħek tkun storjata f’rekord pubbliku

Il-gvern għandu jistorja xi informazzjoni dwar l-individwi li jkunu mlaqqma biex iżomm rekord ta’ min ikun tlaqqam. Din hi l-obbligazzjoni tal-provvedituri tal-Programm tat-Tilqim fl-Awstralja li jżommu rekord ta’ kull pazjent li jkun ħa t-tilqima tal-Covid-19.

L-informazzjoni dwar l-istat tat-tilqima tal-individwu mistennija li tkun disponibbli permezz ta’ My Health Record, Medicare (Immunisation History Statement), jew ċertifikat ipprintjat meta tkun ħadt il-vaċċin, segwit minn rekord permezz ta’ kopja elettronika bl-email.

Il-vaċċini kollha tal-Covid-19 huma b’xejn

Il-vaċċini huma b’xejn għaċ-ċittadini Awstraljani kollha, residenti permanenti u dawk kollha li għandhom viża. Kull minn hu fl-Awstralja fuq viża ta’ student, biex jaħdem, minħabba s-sengħa jew xogħol tiegħu, fuq viża tal-familja, sieħeb/sieħba, refuġjat, dawk li jfittxu l-kenn, protezzjoni temporanja u viża umanitarja, reġjonali, bridging jew viża speċjali huwa eliġibbli għall-vaċċin b’xejn tal-Covid 19.

Individwi f’faċilitajiet ta’ detenzjoni huma eliġibbli wkoll, inklużi dawk li l-viża tagħhom kienet ikkanċellata.  


Informazzjoni dwar il-Coronavirus mill-SBS bil-lingwa tiegħek: sbs.com.au/coronavirus

Informazzjoni mill-Gvern dwar il-Coronavirus





Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand