1. Oħloq account b’indirizz tal-email
- Mur fuq Sign In / Sign Up
- Ikteb l-ewwel isem tiegħek
- Ikteb kunjomok
- Ikteb indirizz ta’ email (int tirċievi email biex tivvalida li huwa indirizz tal-email veru)
- Oħloq password (għandu jkollha minimu ta’ 6 karattri, inkluż numru wieħed)
- Oħloq isem li jidher viżwalment (jew aħna noħolqu wieħed għalik). X’inhu dan l-isem? Huwa titlu ta’ profil pubbliku li jidher jekk tagħmel kumment
- Agħżel is-sena tat-twelid tiegħek mid-drop down menu
- Agħżel is-sess tiegħek mid-drop down menu
2. Oħloq account billi tilloggja ma’ Facebook
Uża d-dettalji tiegħek biex tilloggja mal-Facebook biex ikollok aċċess għal SBS On Demand
3. Oħloq account biex tilloggja f’Google
Uża d-dettalji tiegħek ta’ Google biex ikollok aċċess għal SBS On Demand
BIEX TILLOGGJA / DAWK LI JUŻAW IS-SISTEMA EŻISTENTI
1. Irreġistra bl-email
- Mur fuq www.sbs.com.au/ondemand jew fl-iOS / Android app
- Ikteb l-email u l-password li wżajt biex tirreġistra
- Ma tiftakarx il-password tiegħek? Uża l-link tal-Forgot Password
2. Irreġistra ma’ Facebook
- Ikteb l-email u l-password tiegħek li wżajt biex ikollok aċċess għall-account tal-Facebook tiegħek
3. Irreġistra ma’ Google
- Ikteb l-email u l-password tiegħek li wżajt biex ikollok aċċess għall-account tiegħek
tal-Google
Għaliex għandi bżonn account?
Issa trid li tirreġistra biex ikollok aċċess għal SBS On Demand. Dan l-illoggjar jista’ jkun użat għall-apps u t-tagħmir kollu favorit tiegħek tal-SBS u jgħinna nibnu esperjenza ta’ dak li tħobb tara aktar personalizzata għalik – billi nikkonnettjawk aktar ma’ dak li tħobb u li nagħtuk aċċess għal serje televiżivi u films esklussivi malajr, hekk kif ikunu disponibbli.
Ibqa’ ċert/a li l-informazzjoni tiegħek hija salva u sigura u tintuża skont il-privacy policy(policy privata) tagħna.
KIF TNIŻŻEL L-APP
1. iOS
Uża l-App Store biex tniżżel l-apps fuq l-iPhone, iPad, iPod touch, Apple TV, jew Mac tiegħek.
Biex tniżżel l-SBS On Demand app mill-App Store, għandek bżonn Apple ID. L-Apple ID tiegħek huwa l-account li tuża int biex ikollok aċċess għas-servizzi ta’ Apple. Jekk użajt servizzi oħra ta’ Apple bħal iCloud, irreġistra fl-App Store bl-istess Apple ID. Jekk m’għandekx Apple ID, tista’ toħloq wieħed billi tuża dawn l-istruzzjonijiet: https://support.apple.com/en-au/HT203993
2. Android
- Iftaħ il-Google Play Store app Google Play
- Fittex jew ibbrawżja għal SBS On Demand
- Agħżel l-item
- Ittappja Install
- Segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin sakemm tispiċċa d-dettalji kollha li għandek tniżżel
Tista’ tibdel x’lingwa tkun murija meta żżur Google Play billi tibdel is-settings tal-Google Accounts tiegħek.