Ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar qegħdin jinbidlu wara l-aħħar imxija tal-Covid-19 f’Sydney. X'għandek tkun taf.

Għal kull min qed jittama li jivvjaġġa fl-Awstralja f’dawn il-vaganzi, għandek tkun taf dwar dawn ir-restrizzjonijiet preżenti dwar l-ivvjaġġar.

Just a week before Christmas, state and territory leaders have rushed to impose new travel restrictions on travellers from Sydney's Northern Beaches.

Just a week before Christmas, state and territory leaders have rushed to impose new travel restrictions on travellers from Sydney's Northern Beaches. Source: Getty Images AsiaPac

Ġimgħa qabel il-Milied, mexxejja statali u tat-territorji, għaġġlu li jimponu restrizzjonijiet ġodda tal-ivvjaġġar fuq dawk li jivvjaġġaw min-naħat tan-Northern Beaches ta’ Sydney, fejn in-numru tal-każi tal-coronavirus qed ikompli jikber. L-imxija tal-virus wasslet għal 41 każ sas-Sibt, fejn is-sors tal-infezzjoni għadu mhux magħruf mill-awtoritajiet.

"Essenzjalment, se nerġgħu lura għar-restrizzjonijiet li kellna f’Marzu, għall-inħawi tal-gvern lokali biss tan-Northern Beaches," qalet.
Iż-żjieda ta’ każi li kienet xokk għal kulħadd wasslet għal regoli ġodda għan-nies ta’ Sydney u għar-residenti ta’ NSW li kienu qegħdin jittamaw li jivvjaġġaw lejn stati oħra għall-vaganzi. Din hija informazzjoni li għandek tkun taf.

Victoria

Kull min ikun qed jivvjaġġa lejn Victoria minn NSW min-nofsillejl tal-Ġimgħa jkollu japplika għal permess tal-ivvjaġġar, bir-residenti mill-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches ibbanjati milli jidħlu fl-istat

Se joħorġu permessi bl-użu bħal "sistema tad-dawl tat-traffiku": in-Northern Beaches se jkunu meqjusa ‘żoni ħomor’, Sydney huwa 'amber' u l-bqija ta’ NSW se jkun 'aħdar'. 

Kull min ikun qed jivvjaġġa minn ‘żoni amber’ se jkun mistenni li jkun ittestjat hekk kif jasal u jiżola lilu nnifsu sakemm jasal ir-riżultat tat-test.  

Is-Sibt, il-Ministru tas-Saħħa ta’ Victoria wissa li Sydney tista’ tkun iddikjarata ‘żona ħamra’ jekk l-imxija tikber lil hemm minn Northers Beaches.
"Hemm riskju sinifikanti li l-COVID-19 xtered fl-inħawi ta’ Sydney” qal il-Ministru.

"Jekk dan huwa l-każ – u nisħaq li jekk huwa hekk – ma jkollniex għażla oħra li niddikjaraw lil Sydney kollha żona ħamra."

Is-sistwazzjoni qed tkun segwita minn siegħa għall-oħra u r-restrizzjonijiet jistgħu jinbidlu f’kull ħin.

Nies li jinsabu diġà fil-Victoria li kienu fl-inħawi tan-Northern Beaches nhar jew wara l-11 ta’ Diċembru għandhom jiżolaw lilhom infushom u jkunu ttestjati.

Queensland

L-awtoritajiet tas-saħħa fi Queensland introduċew permessi tal-fruntiera għal kull min ikun ġej minn NSW mis-1am tal-20 ta’ Diċembru, waqt li l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches kienet iddikjarata bħala post perikoluż għat-tixrid tal-virus (hot spot).

"Għal dawk in-nies li huma mis-Central Coast ta’ New South Wales jew minn Sydney, li ġejjin Queensland, hekk kif taslu, qegħdin nitolbukom biex tkunu ttestjati, u tagħmlu kwarantina sakemm tirċievu r-riżultati ta’ dawk it-testijiet," qalet il-Ministru tas-Saħħa, Yvette D'Ath.

Kull min bħalissa jinsab Queensland li żar l-inħawi tan-Northern Beaches wara l-11 ta’ Diċembru għandu jkun ittestjat u jagħmel kwarantina f’daru għal 14-il ġurnata, minn meta kienu l-aħħar darba f’dawk l-inħawi.



Dawk li jaslu fi Queensland il-Ġimgħa wara li jkunu żaru n-Northern Beaches wara l-11 ta’ Diċembru għandhom ikunu ttestjati u jagħmlu kwarantina fl-akkomodazzjoni tagħhom għal 14-il ġurnata.  

Wara s-1am tas-19 ta’ Diċembru kull min kien fin-Northern Beaches jkollu jagħmel kwarantina f’lukanda bilfors bi spejjeż tiegħu

The Australian Capital Territory

In-nies ta’ Canberra kienu avżati biex ma jivvjaġġawx fl-inħawi tan-Northern Beaches.

L-awtoritajiet tas-saħħa jwissu li kull min żar dawn l-inħawi mill-11 ta’ Diċembru għandu jkun ittestjat u jiżola lilu nnifsu.

Western Australia

Western Australia qed terġa’ tintroduċi r-restrizzjonijit tal-fruntiera ma’ NSW minħabba l-imxija tal-virus fin-Northern Beaches, ħabbar il-Premier Mark McGowan.

Min-nofsillejl tas-Sibt, ir-rata ta’ “riskju baxx” tal-istat għal NSW żdiedet għal “riskju medju”, li jfisser li jkunu ntrodotti l-istess miżuri stretti li kien hemm aktar kmieni din is-sena.

L-uniċi nies minn NSW li se jkunu jistgħu jivvjaġġaw bl-ajru fl-istat wara l-20 ta’ Diċembru jkunu dawk b’eżenzjonijiet speċjali.
McGowan qal li din kienet “deciżjoni diffiċli” meta wieħed iqis iż-żmien tas-sena.

“Nifhem li din hija aħbar devastanti għal nies li kienu ħerqana li jiltaqgħu mal-familja għall-Milied fi NSW,” qal.

The Northern Territory

In-Northern Territory iddikjarat li l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches bħala ta’ periklu tat-tixtrid tal-virus (hotspot). Kull min kien f’din l-erja li kien qed jittama li jivvjaġġa għan-Northern Territory għandu jagħmel 14-il ġurnata kwarantina ta’ bilfors, taħt superviżjoni f’Alice Springs jew Darwin.

Tasmania

L-awtoritajiet tas-saħħa identifikaw l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches bħala reġjun ta’ riskju għoli, u jipprojbixxu kull vjaġġaturi li kienu hemm mill-11 ta’ Diċembru, milli jidħlu t-Tasmanja sakemm ma jkunux vjaġġaturi essenzjali.

It-Tasmanja se tiddikjara l-erja ta’ Greater Sydney ta’ "risku medju" min-nofsillejl tal-20 ta’ Diċembru. Kull minn jivvjaġġa fl-istat minn dawk l-inħawi jkollu jagħmel kwarantina ta’ 14-il ġurnata.

Kull min diġà jinsab fit-Tasmanja li kien f’dik l-erja minn dik id-data huwa mitlub li jiżola lilu nnifsu immedjatament u jkun ittestjat.

Il-gvern tat-Tasmanja mistenni li jiddiskuti dawn ir-restrizzjonijiet ġodda mal-organizzaturi tat-tiġrija tal-jottijiet minn Sydney għal Hobart.

South Australia

In-nies ta’ South Australia li żaru l-Erja tal-Gvern Lokali tan-Northern Beaches,  Lavender Bay jew Penrith mill-11 ta’ Diċembru għandhom jagħmlu kwarantina immedjatament għal 14-il ġurnata u jkunu ttestjati. 

Kull min żar Avalon Bowling Club fit-13 ta’ Diċembru mill-5pm - 7pm u l-15 ta’ Diċembru mit-3pm-5pm, jew Avalon Beach RSL Club nhar il-11 ta’ Diċembru, ma jistgħux jidħlu f’South Australia. Jekk diġà jinsabu fl-istat, għandhom jagħmlu kwarantina f’lukanda.

Vjaġġaturi minn stati oħra għandhom japplikaw ukoll biex jidħlu f’South Australia, biex jiżguraw li kull min riċentament kien fin-Northern Beaches ikun identifikat. 

 


Share

Published

Updated

By SBS News
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand