Minn nhar it-Tnejn, 17 ta’ Gunju 2019, it-telespettaturi li bhalisssa jaraw SBS VICELAND fuq channel 32, ghandhom imorru fuq channel 31 biex ikomplu jsegwu l-istazzjon.
Din il-bidla qeghda ssir bi preparazzjoni ghall-illoncjar ta’ SBS World Movies fuq channel 32. Mill-ewwel ta’ Lulju, l-Awstraljani kollha se jkollhom access b’xejn HD ghall-SBS World Movies fuq channel 32.
X’inhu SBS World Movies?
SBS World Movies huwa stazzjon ta’ erba’ u ghoxrin siegha kuljum li se jibda jxandar fuq channel 32 mill-ewwel ta’ Lulju 2019. SBS World Movies se jxandar l-ahjar u l-aqwa xoghol tac-cinema minn madwar id-dinja u jkompli jsahhah il-hamsa u ghoxrin sena shah tal-SBS bhala network li jwassal ic-cinema diversa u internazzjonali ghall-udjenza fl-Awstralja. L-istazzjon se joffri minn kollox, mix-xena cinematografika Ewropeja ghall-aqwa produzzjonijiet ta’ Bollywood, kummiedji romantici ghal dawk animati, u hafna ohrajn. SBS World Movies se joffri programmi favoriti popolari u produzzjonijiet godda ta’ fama, u kwazi nofshom se jkunu f’lingwa ohra li mhix l-Ingliz.
X’se jsir minn SBS VICELAND fuq channel 32?
SBS VICELAND kien jixxandar kemm fuq channel 32 fi Standard Definition, kif ukoll High Definition, fuq channel 31. Minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Gunju 2019, SBS VICELAND mhux se jibqa’ jixxandar fuq channel 32, izda jkompli jintwera biss fuq channel 31. Dawk it-telespettaturi li jaraw SBS VICELAND fuq channel 32 ghandhom jaqilbu ghall- channel 31, biex ikomplu jsegwuh, jew inkella jkomplu jaraw dawn il-programmi ta’ SBS VICELAND fuq SBS On Demand.
Minn nhar it-Tnejn l-ewwel ta’ Lulju 2019, channel 32 (jigifieri dak li qabel kien SBS VICELAND SD) se jsir SBS World Movies.
L-SBS se jnehhi xi stazzjonijiet jew servizzi?
L-SBS mhu se jnehhi l-ebda servizz jew stazzjon - se nkunu qeghdin noffru iktar ghazla lit-telespettaturi Awstraljani permezz tal-ftuh ta SBS World Movies b’xejn fuq channel 32, filwaqt li nkomplu noffru s-servizzi kurrenti.
Kif se nara SBS VICELAND?
SBS VICELAND se jibqa’ jixxandar fuq channel 31 bhal qabel u il-programmi se jibqghu ikunu accessibbli wkoll fuq SBS On Demand.
Channel 31 huwa stazzjon HD u xi telespettaturi jistghu jkollhom bzonn jergghu jissettjaw it-televizjoni taghhom biex ikollhom access. Jekk it-televizjoni tieghek mhux kompatibbli ma’ HD MPEG-4, xorta jista’ jkollok access ghal SBS VICELAND fuq SBS On Demand.
Kif se nerga nissettja biex ikolli access ghal SBS World Movies?
Jekk ikollok bzonn terga’ tissettja it-televizjoni tieghek, l-istruzzjonijiet li gejjin huma bazici u ma japplikawx ghal sett, mudell jew marka specifici. Id-deskrizzjoni u il-kliem fuq il-‘menu’ tas-sett tieghek jista’ jvarja u jiddependi fuq x’tip ta’ sett hu.
- Ghafas il-buttuna ‘menu’ jew ‘home’ fuq ir-remote control tieghek biex turi il-control panel tas-sett tieghek.
- Fittex biex taghzel ‘digital auto tuning’ jew ‘digital channel search’
- Ghazel “start” jew “search”. Dan il-process ghandu jiehu ftit minuti biss.
Jekk ikollok bzonn, ikkonsulta il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet tat-televizjoni tieghek dwar kif tista’ terga’ tissettjah jew ikkuntattja il-manifattur tat-televizjoni tieghek.
Jekk ghandek bzonn iktar ghajnuna, tista’ wkoll iccempel lill-SBS fuq 1800 500 727, matul il-gurnata.
