Medikazzjonijiet użati għall-kura tal-COVID-19 fl-Awstralja

Il-pilloli lagevrio u paxlovid qegħdin jintużaw għall-kura tal-COVID-19 fl-Awstralja.

A supplied image of ICU Registered Nurse Shaunagh Whelan (left) caring for a COVID-19 positive patient in the ICU of St Vincents Hospital in Sydney, Tuesday, July 13, 2021. (AAP Image/Supplied by Kate Geraghty/SMH/St Vincents Hospital) NO ARCHIVING, EDITO

Private Health Insurance premiums are set to raise this year. Source: AAP Image/Supplied by Kate Geraghty/SMH/St Vincents Hospital

Diversi mediċini qegħdin ikunu żviluppati biex tkun ikkurata l-COVID-19.

Dawn jinkludu pilloli kontra l-infjammazzjoni u kontra l-virus. Waqt li medikazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni jwaqqfu lis-sistema immunitarja milli tirreaġixxi għall-virus, pilloli kontra l-virus iwaqqfu lill-virus milli jirripproduċu fil-ġisem.

Kura antibody twaqqaf il-virus milli jinvadi ċ-ċelloli u jikkaġuna aktar ħsara.
Paxlovid Pfizer oral antiviral anticovid in tablets.
Paxlovid Pfizer oral antiviral anticovid in tablets. Source: AAP
X’tip ta’ medikazzjoni hemm għan-nies fl-Awstralja li jkollhom l-COVID-19?

It- Therapeutic Goods Administration (TGA)  (Amministrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi) tassessja s-sigurtà u l-effett tat-trattamenti tal-COVID-19  qabel tapprovahom proviżjonalment għall-użu fil-pajjiż.

It-TGA approvat il-molnupiravir (Lagevrio) u n-nirmatrelvir + ritonavir (Paxlovid) u r-remdesivir (Veklury) bħala kura kontra l-virus.

Dawn it-trattamenti jidher li jwaqqfu l-virus tas-SARS-CoV-2 milli jirreplika u jikkaġuna mard sever.
Paxlovid, a Pfizer's coronavirus disease (COVID-19) pill.
Paxlovid, a Pfizer's coronavirus disease (COVID-19) pill. EPA/PFIZER INC. Source: PFIZER INC.
Id-Deputat Kap Uffiċjal Mediku fl-Awstralja, Michael Kidd qal li mediċini li jittieħdu fil-ħalq, lagevrio u paxlovid huma disponibbli fuq l-Iskema tal-Benefiċċji Farmaċewtiċi (PBS).

Dawk li għandhom 70 sena u aktar u li jittestjaw pożittiv għall-COVID-19 jista’ jkollhom aċċess għal dawn il-pilloli kontra l-virus fuq il-PBS.  

Dawk li għandhom 50 sena u aktar u nies Aboriġini u Torres Strait Islander li għandhom 30 sena u aktar jista’ jkollhom aċċess għal dawn il-pilloli jekk ikollhom tal-anqas żewġ fatturi ta’ riskju. Dawk b’sistema ta’ kompromess immunitarja moderata għal severa li jkollhom 18-il sena u aktar jista’ jkollhom aċċess ukoll għal dawn il-pilloli. .

"Dak li jkun irid ikollu test pożittiv ta’ RT-PCR jew RAT biex it-tabib (GP) ikun jista’ jagħtih riċetta għal-lageviro jew paxlovid," qal il-Professur Kidd.
Dawn it-trattamenti jgħinu lin-nies milli jimirdu serjament bil-COVID-19 u jgħinuhom biex ma jkollhomx għalfejn imorru l-isptar. Dawn it-trattamenti jistgħu jsalvaw il-ħajjiet tan-nies.
Il-Professur Kidd jagħti parir li l-persuna jkollha bżonn tieħu l-kura f’ħamest ijiem mindu tibda tħoss is-sintomi.
Aktar ma dak li jkun jibda jieħu l-kura kmieni, aktar ikun aħjar
Il-fatturi ta’ riskju jinkludu:

  1. Dawk li ma jkollhomx it-tilqim jew it-tilqimiet kollha (doża waħda)
  2. Dawk f’residenzi ta’ kura tal-anzjani jew diżabilità
  3. Dawk li għandhom 75 sena u aktar
  4. Dawk li jkollhom kundizzjonijiet respiratorji (bħal ażżma moderata għal severa li tkun teħtieġ terapija tal-isterjodi jew mard li jfixkel milli tieħu n-nifs) jew kundizzjonijiet newroloġiċi (bħal puplesija jew dimenzja) 
  5. Dawk b’dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 li jkunu jeħtieġu medikazzjonijiet
  6. Dawk b’mard tal-qalb
  7. Dawk bi ħxuna żejda b’indiċi tal-massa tal-ġisem ta’ aktar minn 30
  8. Dawk b’mard tal-kliewi, nies b’cirrhosis u dawk b’mard tal-fwied 
Dawk b’sistema ta’ kompromess immunitarju li jkollhom 18-il sena u aktar jinkludu: 

  1. Nies b’kanċer attiv (partikularment kanċer fil-glandola limfatika, lewkimja, multiple myeloma u myelodysplastic syndrome)
  2. Dawk li kellhom trapjanti riċenti ta’ organi jew mudullun tal-għadam
  3. Dawk bl-HIV AIDS
  4. Dawk li jkunu qegħdin jieħdu l-kimoterapija jew radjuterapija għal kanċer
  5. Dawk li jkunu qegħdin jieħdu medikazzjonijiet li jistgħu joħolqu problemi biex is-sistema immunitarja taħdem sewwa
  6. Nies bid-down syndrome
  7. Dawk b’diżabilitajiet intellettwali u fiżiċi severi li jkollhom bżonn kura residenzjali
  8. Dawk bis-cerebral palsy, thalassemia u haemoglobinopathies oħra, sickle disease u mard tal-qalb mit-twelid
Il-Professur Kidd qal li t-Tobba jridu jikkunsidraw l-mediċini kollha li persuna tkun qed tieħu qabel jagħtu dawn il-pilloli kontra l-virus, speċjament paxlovid. 

"Paxlovid ma tistax tintuża jekk il-persuna tkun fuq xi medikazzjoni jew aktar minn medikazzjoni waħda. Ma tistax tintuża jekk il-persuna jkollha mard sever tal-kliewi jew tal-fwied, tkun tqila jew tredda u tkun sesswalment attiva, tal-età li jkollha t-tfal. Importanti li tuża kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħdu dawn il-kuri,” huwa qal.

Remdesivir hija disponibbli biss għal dawk li jkunu morda ħafna li jkunu jeħtieġu l-ossiġnu jew ħafna għajnuna biex jieħdu n-nifs.

Madankollu, studju riċenti b’fondi mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ippubblikat fil-Lancet juri li r-remdesivir m’għandha l-ebda effetti sinifikanti fuq il-pazjenti bil-COVID-19 li diġà jkunu fuq ventilator.

It-TGA approvat proviżjonalment 500 mg sotrovimab (Xevudy) bħala infużjoni ġol-vini  għal dawk li jkollhom 12-il sena u aktar u li jkollhom tal-anqas piż  ta’ 40 kg. Ma jkunux jeħtieġu ossiġnu u jkunu f’riskju li jmorru l-isptar jew ta’ mewt.

It-TGA qegħda tirrevedi l-applikazzjoni mill-manifatturi tal-pilloli GlaxoSmithKline għal doża akbar tas- sotrovimab f’dawk issuspettati li jkunu infettati mill-Omicron BA.2 

L-Amministrazzjoni tal-Ikel u d-Drogi fl-Istati Uniti, madankollu, irrevokat l-awtorizzazzjoni tal-isotrovimab fil-5 ta’ April. 

Trattamenti oħra approvati proviżjonalment mit-TGA jinkludu casirivimab + imdevimab (Ronapreve), tocilizumab (Actemra), regdanvimab (Regkirona) u tixagevimab u cilgavimab (Evusheld).

It-TGA qalet li antibijotiċi u mediċini bħal ivermectin u hydroxychloroquine m’humiex effettivi kontra l-virus li jikkaġuna l-COVID-19 u m’humiex approvati għall-kura fl-Awstralja.

Jekk ikollok xi wħud minn dawn is-sintomi, ċempel is-servizzi ta’ emerġenza 000 mill-ewwel u għid lill-operator li jkun fuq it-telefown li int għandek il-COVID-19.

  • nuqqas sever ta’ nifs jew diffikultà biex tieħu n-nifs
  • uġigħ sever f’sidrek jew pressjoni
  • deni ġdid jew li qed terġa’ tħoss
  • kapaċità li tkun qed tkompli tonqos biex tikkonċentra u konfużjoni tiżdied
  • diffikultà biex tqum
Jekk tesperjenza sintomi oħra wara li tirkupra mill-COVID-19, ikkuntattja lit-Tabib tiegħek jew provveditur ieħor tas-saħħa (sors: Healthdirect).

L-SBS huwa impenjat li jipprovdi l-aġġornamenti kollha tal-COVID-19 lill-komunitajiet multikulturali u multilingwali fl-Awstralja. Żomm ruħek aġġornat/a billi żżur regolarment SBS Coronavirus portal, bl-aħħar aġġornamenti bil-lingwa tiegħek.

 


Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand