Servizzi tas-saħħa mentali fl-Awstralja bil-lingwa tiegħek

Nies li jgħixu l-Awstralja li jitkellmu lingwa oħra minbarra l-Ingliż jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ sapport tas-saħħa mentali bil-lingwa tagħhom. Hawnhekk issib servizzi fl-istat jew territorju fejn toqgħod.

Man in Mask

Source: Man in Mask-Getty Images

Servizzi tas-saħħa mentali jinkisbu f’diversi lingwi mal-pajjiż kollu, u ħafna drabi huma mmaniġġjati mill-istati u t-territorji.

Hemm varjetà kbira ta’ sitwazzjonijiet fejn sapport tas-saħħa mentali huwa meħtieġ li jvarjaw minn kundizzjonijiet ikkaġunati mill-coronavirus bħal dipressjoni u ansjetà, għal mard mentali bħal bipolar disorder, stress post trawmatiku, diżordnijiet fil-personalità jew psikosi.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn l-organizzazzjonijiet ma jkollhomx l-interpreti tagħhom, għalhekk jużaw is-servizz nazzjonali b’fondi mill-gvern federali, Translating and Interpreting Service - TIS https://www.tisnational.gov.au, li jipprovdi aċċess għal servizzi ta’ interpreti bit-telefown u fuq il-post f’aktar minn 150 lingwa.

Embrace Mental Health huwa proġett immexxi minn Mental Health Australia li jikkonċentra fuq is-saħħa mentali għal nies minn sfond kulturali u lingwistiku divers (CALD), li jipprovdi aċċess u riżorsi, servizzi u informazzjoni f’forma aċċessibbli kulturalment. 

Il-Forum of Australian Services for Survivors of Torture and Trauma (FASSTT) (Forum tas-Servizzi Awstraljani għal Dawk li Sofrew Torturi u Trawma) huwa network tal-aqwa tmien aġenziji speċjalizzati ta’ rijabilitazzjoni li jaħdem ma’ dawk li sofrew torturi u trawma li waslu l-Awstralja minn pajjiżi oħra. Il-biċċa l-kbira tal-klijenti tal-aġenziji FASSTT waslu l-Awstralja bħala refuġjati jew daħlu l-Awstralja fuq bażi umanitarja. Hemm aġenzija ta’ FASSTT f’kull stat u territorju tal-Awstralja: https://www.fasstt.org.au/members/

Linji tat-telefown u servizzi nazzjonali ta’ għajnuna għas-saħħa mentali

Faċilitajiet  f’diversi lingwi ta’ Beyond Blue:

Id-Dipartiment tas-Saħħa qaleb b’lingwi differenti tliet kampanji dwar is-saħħa mentali rigward il-COVID-19:

New South Wales

NSW Mental Health Line (Linja tas-Saħħa Mentali fi NSW)

Il-Linja tas-Saħħa Mentali hija disponibbli għal kulħadd fi NSW u topera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa fuq 800 011 511 https://www.health.nsw.gov.au/mentalhealth/Pages/Mental-Health-Line.aspx

Transcultural Mental Health Centre (TMHC) (Ċentru tas-Saħħa Mentali Transkulturali)

Dan is-servizz mal-istat kollu li jippromwovi aċċess għal servizzi tas-saħħa mentali għal nies minn sfond kulturali u lingwistiku divers, jipprovdi konsultazzjonijiet u assessjar kliniku, promozzjoni tas-saħħa mentali, jiżviluppa riżorsi u jipprovdi edukazzjoni u taħriġ. https://www.dhi.health.nsw.gov.au/transcultural-mental-health-centre

TMHC jipprovdi servizzi b’xejn billi juża kliniċi bilingwali għal individwi u familji li jkunu kkonnettjati ma’ servizz tas-saħħa mentali fi NSW. Referiment mit-tim lokali tas-saħħa mentali huwa meħtieg għal aċċess tas-servizz. Jista’ jintuża interpretu minn TIS https://www.tisnational.gov.au/ għal dawk il-lingwi fejn l-istaff tat-TMHC ma jitkellmux.

Servizz għall-Kura u Rijabilitazzjoni ta’ Dawk li Sofrew Tortura u Trawma, STARTTS

STARTTS jipprovdi kura u sapport psikoloġikament relevanti, flimkien ma’ intervent mill-komunità biex jgħin lil nies u komunitajiet ifiequ mit-trawma ta’ refuġjati, u jerġgħu jibnu ħajjithom fl-Awstralja: https://www.startts.org.au/

Hemm servizz ta’ interpretu minn TIS: https://www.tisnational.gov.au/ għal-lingwa fejn l-istaff ta’ STARTTS ma jitkellmux.

Victoria

Foundation House for Survivors of Torture (Fondazzjoni għal Dawk li Sofrew Torturi)

Din l-organizzazzjoni toffri servizzi b’xejn għal refuġjati jew nies minn sfond ta’ refuġjati bl-Ingliż, Għarbi, Hakha Chin, Dari, Dinka, Karen, Persjan, Swahili, Tamil u Tigrinya. https://foundationhouse.org.au/for-clients/client-services/

Ara jekk inti tissodisfax il-kriterja biex ikollok aċċess għal dawn is-servizzi hawnhekk: https://foundationhouse.org.au/for-clients/make-a-referral/

Hemm servizz ta’ interpretu minn TIS: https://www.tisnational.gov.au/ għal dawk il-lingwi fejn l-istaff ma jitkellmux il-lingwa partikulari.

Victoria għandha wkoll direttorju ta’ informazzjoni dwar is-saħħa mentali f’lingwi differenti. Hija inizjattiva mill-gvern ta’ Victoria u mmexxija miċ-Ċentru għall-Kultura. Tipprovdi aċċess ħafif għal kollezzjoni estensiva ta’ informazzjoni dwar is-saħħa maqluba b’diversi lingwi: https://www.healthtranslations.vic.gov.au/

Żewġ organizzazzjonijiet oħra fil-Victoria joffru taħriġ fis-saħħa mentali, imma ma jipprovdux sapport dirett lil individwi:

Action on Disability in Ethnic Communities (ADEC) (Azzjoni dwar id-Diżabilità fil-Komunitajiet Etniċi)

ADEC tinkludi Transcultural Mental Health Access Program (TMHAP) (Programm ta’ Aċċess għas-Saħħa Mentali Transkulturali) biex itejjeb l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali għal dawk minn sfond multikulturali. Jaħdmu mal-komunitajiet etniċi biex iqajmu l-għarfien dwar il-problemi tas-saħħa mentali u modi ta’ aċċess għas-saħħa mentali u servizzi għal dawk li jieħdu ħsieb oħrajn.

Jgħinu wkoll f’servizzi tas-saħħa mentali bl-iżvilupp ta’ rispons kulturali ta’ mudelli u strateġiji li jinkludi l-komunitajiet etniċi:  http://www.adec.org.au/index.php/programs/mental-health

Victorian Transcultural Mental Health (VTMH) (Saħħa Transkulturali u Mentali fil-Victoria)

Dik li qabel kienet magħrufa bħala l-Victorian Transcultural Psychiatry Unit (VTPU), il- VTMH hija unit ta’ sapport tas-servizzi tas-saħħa mentali u kliniċi u tas-servizzi tal-psikjatrija u sapport ta’ diżabilità għall-professjonisti li jaħdmu ma’ konsumaturi u kerers minn sfond kulturali u lingwistiku divers.

Tinkludi servizz ta’ informazzjoni għall-professjonisti tas-saħħa, servizz u żvilupp komunitarju, edukazzjoni, programmi ta’ parteċipazzjoni għall-konsumaturi u l-kerers imma mhux servizz dirett għal individwi: http://www.vtmh.org.au/

Queensland

Queensland Transcultural Mental Health Centre (QTMHC) (Ċentru tas-Saħħa Mentali u Transkulturali fi Queensland)

Il-QTMHC huwa servizz speċjalizzat mal-istat kollu li jaħdem biex jiżgura li dawk minn sfond kulturali u lingwistiku divers jirċievu kura u sapport ta’ saħħa mentali skont il-kultura tagħhom.

Jipprovdi informazzjoni maqluba b’diversi lingwi: https://metrosouth.health.qld.gov.au/qtmhc/translated-information kif ukoll aċċess għal nies professjonali, permezz ta’ koordinaturi tas-saħħa mentali lokali: https://metrosouth.health.qld.gov.au/qtmhc/programs-and-services/multicultural-mental-health-coordinator-program

Queensland Program of Assistance to Survivors of Torture and Trauma (QPASTT) (Programm ta’ Għajnuna fi Queensland għal dawk li Sofrew Torturi u Trawma)

Il-QPASTT jipprovdi servizzi flessibbli u kulturalment sensittivi biex jippromwovi s-saħħa u dak li huwa tajjeb u ta’ kuntentizza għal dawk li sofrew torturi jew trawma relatata ma’ esperjenza ta’ refuġjati qabel waslu l-Awstralja.

Joffri sapport ta’ psikoloġija u soċjali b’xejn għal dawk li sofrew tbatija, inkluż counselling: https://qpastt.org.au/

World Wellness Group (Grupp għal Saħħa Tajba)

Il-World Wellness Group ibbażat fi Brisbane, jinkludi serje ta’ programmi għal komunitajiet minn sfond lingwistiku u kulturali divers:

  • Il-Multicultural Psychological Therapies program (Programm ta’ Terapiji Psikoloġiċi Multikulturali): jingħata lil dawk minn sfond kulturali u lingwistiku divers fi Brisbane North u r-reġjuni tan-Nofsinhar. Joffri għajnuna f’titjib psikoloġiku u sigur kulturalment u sensittiv għal nies b’mard mentali ħafif għal moderat:  https://worldwellnessgroup.org.au/multicultural-psychological-therapies-program/
  • Kura ta’ saħħa għar-refuġjati u dawk li jfittxu kenn: jipprovdi kura kulturalment sigura, ħolistika, f’ambjent tal-familja u kura integrata għal dawk vulnerabbli biex titnaqqas l-inekwita tas-saħħa għaż-żmien fit-tul: https://worldwellnessgroup.org.au/refugee-asylum-seeker-health/
  • Servizzi ta-saħħa għal studenti internazzjonali: bħala speċjalisti fil-kura tas-saħħa għal nies minn sfond kulturali divers, jista’ jintuża minn studenti internazzjonali b’Overseas Student Health Cover (OSHC), li jkunu ġejjin minn sfond kulturali differenti: https://worldwellnessgroup.org.au/international-students-services/
  • Culture In Mind huwa programm ibbażat fil-komunità li jipprovdi sapport psiko-soċjali għal dawk minn sfond kulturali u lingwistiku divers li jkollhom aktar minn 18-il sena u li jkunu joqogħdu fir-reġjun ta’ Greater Brisbane: https://worldwellnessgroup.org.au/culture-in-mind/

Harmony Place (Organizzazzjoni ta’ Armonija)

Harmony Place hija organizzazzjoni multikulturali bbażata fil-komunità li tipprovdi servizzi kulturalment sensittivi għas-saħħa mentali għal dawk minn sfond Kulturali u Lingwistiku Divers. Jaħdmu ma’ dawk li jkollhom aktar minn 12-il sena ‘l fuq inklużi migranti u t-tfal tagħhom, refuġjali, dawk li jfittxu l-kenn, migranti b’kapaċitajiet ta’ xogħol u n-nisa u l-irġiel tagħhom. Jaħdmu ma’ Queensland kollha, partikularment fir-reġjuni kulturalment diversi ta’ Southeast Queensland fi Brisbane, Logan, Ipswich u l-Gold Coast. http://harmonyplace.org.au/

Mental health line (Linja tas-saħħa mentali)

1300 MH CALL (1300 642255) huwa servizz tas-saħħa mentali li jingħata b’mod konfidenzjali bit-telefown għan-nies fi Queensland. Jipprovdi l-ewwel punt ta’ kuntatt għal servizzi tas-saħħa mentali pubblika: 

https://www.qld.gov.au/health/mental-health

Hemm servizz ta’ interpretu minn TIS: https://www.tisnational.gov.au/

Northern Territory

MHACA (Central Australia)

Is-servizzi ta’ MHACA huma għal dawk li jkollhom aktar minn 18-il sena li jkollhom dijanjosi ta’ kundizzjoni tas-saħħa mentali. Jinkisbu servizzi ta’ interpretu b’appuntament: https://mhaca.org.au/

TeamHealth (Darwin)

TeamHealth jipprovdi servizzi u sapport għall-popolazzjoni lokali tan-NT li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali jew li jkunu vulnerabbli u żvantaġġati:  https://www.teamhealth.asn.au/ Interpreting from TIS is available. Il-websajt tipprovdi servizz ta’ traduzzjoni awtomatika f’aktar minn 80 lingwa: https://www.tisnational.gov.au/

Melaleuca Refugee Centre

Din hija organizzazzjoni bla profitt li tipprovdi servizzi ta’ dinjitaà personali skont is-servizzi umanitarji għall-individwi u l-familji minn sfond ta’ refuġjati u migranti. Tipprovdi servizzi b’xejn għall-familji, adulti, tfal u żgħażagħ: http://www.melaleuca.org.au/

The Northern Territory Mental Health Coalition (NTMHC) (Koalizzjoni tas-Saħħa Mentali fin-Northern Territory)

In-NTMHC hija l-korp ewlieni għal servizzi tas-saħħa mmaniġġjati fil-komunità fin-Northern Territory: https://www.ntmhc.org.au/

Northern Territory Mental Health Line: 1800 682 288 (Linja tas-Saħħa Mentali fin-Northern Territory)

Servizzi tas-saħħa mentali fl-istat jistgħu jinkisbu permezz tal-Mental Health Helpline u dawn is-servizzi jużaw servizzi ta’ interpretu meta jkun hemm bżonn: https://www.tisnational.gov.au/

https://nt.gov.au/wellbeing/mental-health/24-hour-mental-health-hotlines

Western Australia

Association for Services to Torture and Trauma Survivors (ASeTTS) (Assoċjazzjoni għas-Servizzi ta’ Dawk li Sofrew Torturi u Trawma)

ASeTTS tipprovdi servizzi ħolistiċi biex tgħin lir-refuġjati li sofrew torturi u trawma biex jerġgħu jibnu ħajjithom b’servizzi b’lingwi bl-Għarbi Dinka, Karen u Kirundi: https://asetts.org.au/our-services/counselling/

West Australian Transcultural Mental Health Centre (Ċentru tas-Saħħa Mentali u Transkulturali f’West Australia)

Dan is-servizz jinkiseb biss fl-isptar Royal Perth Hospital u għal tliet sessjonijiet wara li l-pazjenti joħorġu mill-isptar. Hemm servizz ta’ tradutturi kemm personalment jew bit-telefown: https://www.healthdirect.gov.au/australian-health-services/20072382/west-australian-transcultural-mental-health-centre/services/perth-6000-50-murray-street

Tasmania

Phoenix Centre

Il-Phoenix Centre jopera fil-Migrant Resource Centre u joffri servizzi speċjalizzati għal dawk li sofrew minn torturi u trawma. Joffri pariri u varjetà kbira ta’ taħriġ u proġetti li jappoġġjaw dak li huwa tajjeb u ta’ kuntentizza għall-individwi u l-komunità. Il-Phoenix Centre għandu staff ibbażati f’Hobart u Launceston u jipprovdi servizzi mal-istat kollu: https://mrctas.org.au/phoenix-centre/

Is-servizzi tas-saħħa mentali tal-gvern tat-Tasmanja, jipprovdu kura għal residenti b’kundizzjonijiet tas-saħħa mentali severi f’faċilitajiet tal-pazjenti u fil-komunità,  direttament minn kliniċi tal-gvern jew permezz ta’ provvedituri tal-kura tas-saħħa ewlenin, speċjalisti privati u faċilitajiet tas-saħħa, kif ukoll tobba.

Għal aktar informazzjoni dwar aċċess tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali mur fuq: http://www.dhhs.tas.gov.au/mentalhealth/mhs_tas The assessment and referral call helpline is 1800 332 388

Australian Capital Territory (ACT)

Companion House, Assisting Survivors of Torture and Trauma (Companion House, għall-Għajnuna ta’ Dawk li Sofrew Torturi u Trawma)

Tipprovdi servizzi ta’ pariri bl-għajnuna minn ħaddiema ta’ sapport biex jaħdmu ma’ dawk li jfittxu kenn fl-Awstralja u refuġjati, Companion House għandha l-għan li tgħin lin-nies jibnu mill-ġdid il-ħajja tagħhom fl-Awstralja, jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja u jipproċessaw l-effetti tat-trawmi tal-passat.

Counsellors jaħdmu kemm ma’ dawk li jkunu għadhom kemm waslu l-Awstralja u anke dawk li jkun ilhom li ssetiljaw u għandhom speċjalisti biex jaħdmu mal-kbar, tfal u żgħażagħ:   http://www.companionhouse.org.au/

Il-gvern tal-ACT għandu servizz tal-kriżi tas-saħħa mentali li jista’ jinkiseb permezz tat-telefown (1800 629 354 or 02 6205 1065) jew permezz ta’ din il-websajt: https://www.health.act.gov.au/services-and-programs/mental-health/getting-help

South Australia

Relationships Australia (Relazzjonijiet fl-Awstralja)

Is-servizz Personal Education and Community Empowerment (PEACE) jikkonċentra biex jagħti servizz lill-komunitajiet multikulturali minn sfond kulturali u lingwistiku divers. Irrespettivament mill-istatus tal-viża, PEACE jipprovdi servizzi biex jgħinu lill-individwi, lill-familji u lill-komunitajiet: https://www.rasa.org.au/services/couples-families/peace-multicultural-services/

Survivors of Torture and Trauma Assistance and Rehabilitation Service, STTARS (Għajnuna għal Dawk li Sofrew Torturi u Trawma u Servizz ta’ Rijabilitazzjoni, STTARS)

STTARS huwa servizz speċjalizzat li joffri pariri għal dawk in-nies minn sfond ta’ refuġjati jew minn sfond simili biex jgħinhom fil-proċess li jirkupraw u jfiequ. Is-sevizzi huma b’xejn u jistgħu jinkisbu irrespettivament kemm il-persuna jkun ilha l-Awstralja. Wiehed irid jistenna għas-servizzi ta’ STTARS, imma s-servizz huma mmaniġġjat skont il-bżonn tal-kura u dawk bl-akbar bżonnijiet jingħataw prijorità.

Is-servizz ta’ STTARS huwa b’xejn, volontarju, konfidenzjali u mmexxi minn counsellers u interpreti kkwalifikati.

Għandhom aktar programmi speċjalizzati għat-tfal u ż-żgħażagħ, familji u dawk li jfittxu l-kenn: https://www.sttars.org.au/


  •  In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri bogħod minn xulxin. Ara x’inhuma r-restrizzjonijiet fl-istat jew territorju fejn toqgħod: https://www.sbs.com.au/language/english/how-australia-s-states-and-territories-are-relaxing-coronavirus-restrictions
  • L-ittestjar għall-coronavirus issa jista’ jsir mal-Awstralja kollha. Jekk qed tesperjenza sintomi ta’ riħ jew influwenza, organizza biex tagħmel test billi ċċempel it-tabib tiegħek jew billi tikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.
  • L-app COVIDSafe li jittrejsja l-coronavirus li ħareġ il-Gvern Federali jista’ jitniżżel mill-app store tat-telefown tiegħek.
  • L-SBS huwa impenjat li jinforma lill-komunitajiet diversi fl-Awstralja dwar l-aħħar żviluppi ta’ COVID-19. Aħbarijiet u informazzjoni tinkiseb f’63 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus

11 min read

Published

Updated

By SBS/ALC Content

Source: SBS




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now