Wara t-tnedija tal-app nhar il-Ħadd, il-COVID-19 tracer app 'COVIDSafe' tal-gvern kien imniżżel minn aktar minn 1.89 miljun persuna fl-Awstralja.
L-app, li l-gvern qed iħeġġeġ b’mod urġenti lin-nies biex jinstallaw, għandu l-għan li jgħin lill-uffiċjali tas-saħħa biex jidentifikaw maljar, lil min ikun f’kuntatt ma’ każ ikkonfermat tal-koronavirus.
Dan isir bl-użu tat-teknoloġija tal-Bluetooth biex jinżamm rekord ta’ kull ħin li żewġ persuni li jużaw l-app għaddew flimkien għal aktar minn 15-il minuta f’distanza ta’ 1.5 metri ‘l bogħod minn xulxin. Jekk persuna li tuża l-app jinstab li kellha dijanjosi tal-koronavirus, tista’ tagħti l-kunsens tagħha li l-kuntatti riċenti li kellha, jinqasmu mal-awtoritajiet tas-saħħa.
Aktar minn żewġ miljun persuna fl-Awstralja niżżlu l-COVIDSafe app li jittrejsja l-kuntatt tal-virus
Jekk ikun hemm nies biżżejjed fl-Awstralja li jniżżlu l-app, esperti tas-saħħa jgħidu li jista’ jkollu impatt kbir fil-ġlieda biex ikun ikkontrollat il-koronavirus. Sadattant esperti tekniċi u tal-privatezza qajmu tħassib dwar l-informazzjoni li jiġbor l-app.
Il-ġimgħa l-oħra qabel kien imniedi l-app, spjegajna kif it-teknoloġija kienet mistennija taħdem, u t-tħassib ewlieni tal-privatezza mill-esperti. Issa li l- COVIDSafe lest biex jitniżżel, dan huwa li l-esperti qalu dwar jekk hux sigur biżżejjed, u jekk għandekx tniżżlu jew le.
Żviluppaturi tas-software ċċekkjaw il-COVIDSafe app. Dan huwa dak li skoprew.
Qabel COVIDSafe kien imniedi, esperti tekniċi u tal-privatezza talbu lill-gvern Awstraljan, biex jippubblika l-kodiċi ta’ sors kompluti, li jippermettu esperti indipendenti li jsibu problemi, joffru soluzzjonijiet, u jikkonfermaw li l-app jaħdem kif wiegħed il-gvern.
Il-gvern għadu ma ħariġx il-kodiċi tas-sors, għalkemm il-ministru tas-saħħa federali Greg Hunt qal lil ABC nhar it-Tnejn, li joħroġ f’ġimagħtejn.
Waqt li nistennew għal dak il-kodiċi tas-sors, żviluppaturi tas-software fl-Awstralja bdew jiċċekkjaw l-app, u qasmu l-informazzjoni li sabu fuq il-midja soċjali.
The #covidsafe app issa disponibbli fl-Awstralja 😷
Madankollu, hija ħasra li ddeċidew li ma joħorġux il-kodiċi tas-sors għal trasparenza kompluta.
B’xorti tajba, jien persuna kurjuża u wkoll żviluppatur professonali tal-mowbajl.
Madankollu, hija ħasra li ddeċidew li ma joħorġux il-kodiċi tas-sors għal trasparenza kompluta.
B’xorti tajba, jien persuna kurjuża u wkoll żviluppatur professonali tal-mowbajl.
Robbins ilu jaħdem fil-qasam tat-teknika għal madwar 10 snin, u jikkonċentra fuq l-iżvilupp tal-apps għal tal-anqas tmien snin. Mhux espert fil-qasam tal-privatezza, imma jaf sewwa kif jinbnew l-apps, u kif jiċċekkja jekk dan l-app joperax kif qed jgħid il-gvern. F’dawn l-aħħar 24 siegħa, huwa u żviluppaturi oħra tas-software, eżaminaw il-COVIDSafe biex jaraw x’jistgħu jsibu f’dan il-kodiċi.
Ħafna minn dak li sabu huwa pożittiv ikkonferma Robbins fuq Twitter. Huwa kkonferma li l-app jaħdem kif mistenni, jistorja l-informazzjoni b’mod sigur fuq it-telefown ta’ min jużah, jirrekordja biss sinjali minn telefowns oħra li għandhom l-app installat, iħassar awtomatikament ir-rekords kollha wara 21 ġurnata, u jillowdja l-informazzjoni lill-awtoritajiet tas-saħħa, jekk min juża l-app jagħti permess.
Għandi nistalla l-COVIDSafe?
Dan huwa r-riżultat. Il-COVIDSafe app sar bl-għaġla minħabba li qegħdin fin-nofs ta’ pandemija. Jekk irridu li nibdew nerġgħu nitħalltu fis-soċjetà, li nkunu nistgħu nidentifikaw malajr lil xi ħadd li kien espost għal każ ġdid ta’ COVID-19 huwa kruċjali.
Jekk ikunn hemm nies biżżejjed fl-Awstralja li jniżżlu dan l-app u jużawh tajjeb, huwa possibbli li verament jgħin f’dan ir-rigward. Imma biex l-app ikun effettiv, il-gvern jgħid li tal-anqas 40 fil-mija tan-nies fl-Awstralja, għandhom bżonn jużawh, jekk mhux aktar. Dan in-numru huwa vicin l-10 miljun persuna li jridu jniżżlu l-app. Sat-Tnejn filgħaxija, dan in-numru kien viċin miljun.
Id-deċiżjoni personali tiegħek dwar jekk tużax l-app jew le x’aktarx tiddependi dwar x’itfisser il-privatezza għalik, u l-Professur Kaafar jisħaq li din hija deċiżjoni personali.
In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metres metri ‘l bogħod minn xulxin u ġemgħat ta’ nies huma limitati għal tnejn jew anqas sakemm ma tkunx ma’ xi ħadd tal-familja tiegħek jew li toqogħdu fl-istess dar.
Jekk taħseb li kont f’kuntatt mal-virus ċempel lit-tabib tiegħek, (tmurx fil-klinika) jew ikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline nazzjonali fuq 1800 020 080. Jekk qed issibha diffiċli biex tieħu n-nifs jew tesperjenza emerġenza medika, ċempel 000.
SBS huwa impenjat li jinforma lill-komunitajiet diversi fl-Awstralja bl-aħħar żviluppi tal-COVID-19. Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus.
READ MORE

Coronavirus: Kif tnaqqas ir-riskju
Share
