L-SBS iffinalizza r-reviżjoni tas-servizzi lingwistiċi. Dan il-proċess sar biex ikun żgurat li s-servizzi jirriflettu l-bidla kontinwa tal-Awstralja u tas-soċjetà diversa li qegħdin jiżdiedu. Fl-2012, l-SBS għamel reviżjoni fl-iskeda tal-programmi tiegħu għall-ewwel darba fi kważi 18-il sena. F’dak iż-żmien l-SBS impenja ruħu li jkun hemm reviżjoni oħra tas-servizzi wara ċ-Ċensiment 2016.
Skont dak li nstab fiċ-Ċensiment 2016, aktar minn 1.3 miljun persuna emigraw lejn l-Awstralja fl-aħħar ħames snin u kważi 4.87 miljun persuna jitkellmu lingwa oħra minbarra l-Ingliż f’darhom. Is-servizzi lingwistiċi tal-SBS se jkunu allokati biex jirriflettu l-Awstralja tallum.Ir-Reviżjoni tas-Servizzi tar-Radju tal-SBS ikkunsidrat il-bidliet kif is-semmiegħa jisimgħu l-SBS, il-bidla għal pjattaformi diġitali, id-demografiji u l-parametri finanzjarji.
READ MORE
Il-bidliet jibdew iseħħu mit-Tnejn 20 ta’ Novembru 2017
For more information http://www.sbs.com.au/radio/radio-services-review
Share
