50 sena tal-SBS | Tifkiriet mill-istorja tax-xandir bil-Malti fuq l-SBS

SBS Studio.JPG

F’dan l-ewwel episodju biex infakkru l-ħamsin sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, nisimgħu l-vuċijiet tal-ewwel Koordinaturi tal-Programmi Maltin, is-Sinjura Josephine Zammit (Radio 2EA) u Dr Joe Abela (Radio 3EA), li kienu minn ta’ quddiem ma’ Al Grassby, Kummissarju tar-Relazzjonijiet Komunitarju, fit-twaqqif tax-xandir multikulturali fis-snin sebgħin.


Bil-programm Malti jkun wieħed mill-ewwel programmi li jibda jxandar f’Ġunju tal-1975, Josephine Zammit u Joe Abela, saru sinonimi mal-komunità u s-semmiegħa Maltin tar-radju fi New South Wales u Victoria, mhux biss bħala mexxejja, imma wkoll bħala l-ewwel xandara Maltin fl-Awstralja. F’din it-taqsima nisimgħuhom jippreżentaw l-ewwel programmi Maltin waqt l-ewwel tliet xhur ta’ esperiment, tar-Radju Etniku, kif kien magħruf dak iż-żmien.

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand