F’dan l-episodju li jfakkar il-ħamsin sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, infakkru l-kontribut tas-Sur Charles Camilleri, wieħed mill-pijunieri tax-xandir Malti fuq Radju 3EA.
Charles Camilleri ħadem id f’id ma’ Dr Joe Abela, biex iwassal il-vuċi u l-ilsien Malti lill-komunità Maltija fil-bidu tax-xandir bil-Malti fl-Awstralja fis-snin sebgħin u tmenin.
Hu u martu, Carmen, kienu żewġ personalitajiet distinti fil-komunità Maltija. Charles Camilleri ħadem għal bosta snin fl-Eżekuttiv tal-Kunsill tal-Komunità Maltija fil-Victoria sa mit-twaqqif tiegħu. Ma’ martu Carmen kellu sehem importanti fl-ewwel snin tal-bini u t-twaqqif taċ-Ċentru Malti f’Parkville.





