F’dan l-episodju fl-okkażjoni ta’ 50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq SBS, illum infakkru l-kontribut ta’ Josephine Zammit Cordina. Għalkemm minn Malta, Josephine Zammit Cordina żammet rabta kontinwa matul is-snin bil-kontribut u bl-għajnuna tagħha fil-programmi Maltin tal-SBS.
Il-programmi tagħha, Boomerang fuq Radju Malta u Waltzing Matilda fuq TVM wasslu leħen il-Malti fl-Awstralja f’Malta u Għawdex għal bosta snin.
Josephine Zammit Cordina tibqa’ magħrufa bħala ambaxxatriċi tal-Maltin fl-Awstralja biż-żjajjar numerużi tagħha f’dan il-kontinent matul is-snin, u bil-ħidma bla heda tagħha f’Malta f’risq il-komunità Maltija fl-Awstralja
Share




