F’dan l-episodju li jfakkar il-ħamsin sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, infakkru l-kontribut tas-Sur Richard Curmi li minn xandar daħal fil-qasam tal-ġurnaliżmu u spiċċa bħala kap tal-programmi Maltin fuq ir-Radju tal-SBS f’Melbourne.
Richard Curmi ħadem id f’id ma’ Dr Joe Abela, biex iwassal il-vuċi u l-ilsien Malti lill-komunità Maltija sa mill-ewwel snin tax-xandir bil-Malti fuq Radio 3EA meta daħal jippreżenta l-programm Nidħadtu Bejnietna kmieni fis-snin tmenin.
Minbarra li għamel snin twal tal-karriera tax-xogħol tiegħu jaħdem full-time mal-SBS huwa kien membru ħabrieki tal-Kunsill Malti ta’ Victoria u serva wkoll fl-esekuttiv. Flimkien ma’ martu Josephine, ħadem biex il-Malti jkun stabbilit fil-livell tat-tagħlin sekondarju bħala suġġett tal-HSC fl-istat ta' Victoria.





