50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS – F’din it-taqsima li tfakkar il-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS nisimgħu lill-koordinaturi tar-Radju 2EA f’Sydney, Josephine Zammit u tar-Radju 3EA f’Melbourne, Dr Joe Abela jappellaw lis-semmiegħa biex jiktbu bit-tama li s-servizz tar-radju jkompli wara t-tliet xhur ta’ esperiment. Il-programmi kienu jinkludu diski Maltin, il-promozzjoni tal-iskema l-ġdida tal-Medibank, servizzi komunitarji u informazzjoni importanti għal dawk li jkunu ġodda fl-Awstralja.
Share





