F’dan l-episodju dwar ħamsin sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS nisimgħu uħud mill-vuċijiet tal-ewwel kontributuri li kienu jgħinu lill-koordinaturi u preżentaturi ewlenin is-Sinjura Josephine Zammit minn New South Wales fuq 2EA u Dr Joe Abela f’Melbourne fuq 3EA. Fost l-ewwel kontributuri li uħud minnhom saru xandara ewlenin għal bosta snin kien hemm Mike u Edith Lanzon, Lino Vella u Paul Debono. Dak iż-żmien ix-xandara kienu jaħdmu b’mod volontarju. Kien hemm allokazzjoni żgħira ta’ fondi kull ġimgħa għal kull grupp biex jinxtraw tapes u diski.
Share





