50 sena tal-SBS: Vivienne Kost, waħda mill-ewwel xandara u preżentatriċi fuq Radio 3EA

Photo: SBS Maltese
F’din is-sensiela ta’ episodji li bihom qegħdin infakkru l-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, illum infakkru l-kontribut ta’ Vivienne Kost, waħda mill-ewwel xandara u preżentatriċi fuq Raio 3EA. Vivienne Kost bdiet il-karriera tagħha fix-xandir bħala preżentatriċi tal-Programm għaż-Żgħażagħ. Wara mexxiet ukoll il-Programm tat-Tfal u l-Programm tan-Nisa. Hija temmet il-karriera distintiva tagħha mal-SBS, fejn kellha l-kariga ta’ Maniġer tal-Marketing.
Share