Bank of Valletta | Kontijiet ta’ residenti fl-Awstralja

Wara kuntatti li saru mill-Kunsilli Maltin ta’ NSW u Victoria flimkien u rappreżentanti tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra mal-Bank of Valletta f’Malta, dwar il-problemi ta’ kontijiet li Maltin fetħu meta l-Bank kien jopera fl-Awstralja, jgħarrfu li dawk li joqogħdu fl-Awstralja li għandhom ċittadinanza Maltija huma meqjusa bħala eliġibbli biex joperaw kont bankarju mal-Bank of Valletta peress li jissodisfaw il-ħtiġijiet biex ikollhom kont mal-bank.
Share



