L-influwenza tat-tjur u l-għasafar H5N1 waslet l-Awstralja b’aktar każijiet irrappurtati f’diversi stati. Imma l-awtoritjiet tas-saħħa jgħidu li l-periklu ta’ pandemija fost in-nies jibqa’ baxx. Il-Kap tal-Programm ta’ Bijosigurtà tal-Istitut Kirby fl-Università ta’ New South Wales, il-Professur Raina McIntyre, tgħid li filwaqt li l-Awstralja hija ppreparata sew għal imxija, l-għasafar u t-tjur fis-selvaġġ huma diffiċli biex tikkontrollahom milli jxerrdu l-virus.
Share





