Malta fakkret il-ħames anniversarju mill-qtil b’ bomba fil-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia, ġurnalista investigattiva. L-anniversarju seħħ wara li żewġ suspettati ewlenin ammettaw li huma ħatja tal-qtil tagħha fl-ewwel ġurnata tal-ġuri tagħhom u ntbagħtu 40 sena ħabs kull wieħed.
Il-Hadd, Malta fakkret il-ħames anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruna Galiza, b’servizz fil-knisja tal-Bidnija mmexxi mill-Arcisqof ta’ Malta, Charles Scicluna, fejn kienet toqghod Daphne Caruana Galiza. Kien hemm ukoll ġemgħa li nġabret fil-kwiet fil-post fejn splodiet il-bomba, dimonstrazzjoni organizzata mis-soċjetajiet ċivili jitolbu għal ġustizzja u vġili fuq il-monument quddiem il-qrati fil-Belt.





