Fl-aħħar episodju dwar il-Ftehem tal-1948 tal-Għajnuna fil-Passaġġi lill-Maltin għall-Awstralja, l-istoriku u riċerkatur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja, Dr Barry York iħares lejn in-naħa Awstraljana dwar għaliex ftehim bħal dan kien suċċess kemm għal Malta kif ukoll għall-Awstralja.
Ħajr jingħata lill-Prim Ministru Laburista Ben Chifley, il-Ministru tal-Immigrazzjoni tiegħu Arthur Caldwell, u l-Ministru tal-Affarijiet Esterni, Herbert V. Evatt. Sa mill-1945, Evatt rabat il-politika tal-immigrazzjoni tal-Awstralja mal-eroiżmu ta’ Malta fi żmien il-gwerra. Qal li l-Awstralja tilqa’ immigranti minn Malta ta’ saħħa u karattru tajjeb, għax huma nies bħal dawn li l-gvern Awstraljan jixtieq iħeġġeġ biex jiġu l-Awstralja. Il-popolazzjoni mwielda Malta laħqet il-quċċata tagħha fl-Awstralja fl-1981 meta fiċ-ċensiment il-Maltin kienu jgħoddu 57,0001. L-interess Malti fl-emigrazzjoni naqas b’mod sinifikanti fis-snin sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor, meta kien hemm rata ta’ ritorn lura lejn Malta. Għalhekk il-ħtieġa ta’ passaġġi assistiti naqset.





