Il-Kunsill Malti ta’ Victoria se jieħu sehem fl-avveniment taż-żgħażagħ ‘Travel the World in a Day

The International Youth event .jpg

Is-Sur Joe Matina, mill-Esekuttiv tal-Kunsill Malti ta’ Victoria, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar l-avveniment ‘Travel the World in a Day’ waqt li jħeġġeġ lill-Maltin u l-istudenti tal-Malti jattendu għal ġurnata ta' attivitajiet internazzjonali, inkluża l-kultura Maltija.


L-avveniment mill-International Youth Fellowship ‘Travel the World in a Day’ huwa opportunità unika li jesplora r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi madwar id-dinja.

Il-Kunsill Malti ta’ Victoria huwa onorat li se jirrappreżenta lil Malta u lill-pajjiżi Ewropej f’dan l-avveniment, flimkien ma’ pajjiżi oħra bħal Korea, Myanmar (Burma), il- Cook Islands, il-Filippini, is-Sudan, il-Vjetnam u l-Uganda.

L-avveniment se jinkludi varjetà ta’ divertiment u stalls li juru l-kultura, l-ikel u l-lingwa ta’ kull pajjiż. Dawk li jattendu jkollhom ċ-ċans li jesperjenzaw is-sbuħija tal-kultura Maltija, permezz tal-mużika, iż-żfin, u l-ikel tradizzjonali.

Is-Sur Joe Matina, mill-Esekuttiv tal-Kunsill Malti ta’ Victoria, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar dan l-avveniment ‘Travel the World in a Day’ waqt li jħeġġeġ lill-Maltin u l-istudenti tal-Malti jattendu.

Meta: L-4 ta’ Mejju, 2024

Ħin: Mis- 1 pm-5 pm

Fejn: St Albans Community Hall, 33 Princess Street, St Albans.

 

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand