Is-Sur Roderick Bovingdon, studjuż tal-lingwa Maltija u riċerkatur tal-istorja u l-lingwistika Maltija fl-Awstralja jitkellem dwar l-istudju tiegħu dwar il-Malti mitkellem fl-Awstralja li nsibu fil-pubblikazzjoni tiegħu Maltralian: The Maltese Ethnolect of Australia. Ix-xogħol jiddokumenta l-vokabularju u l-espressjonijiet uniċi użati mill-migranti Maltin fl-Awstralja u jenfasizza l-iżvilupp lingwistiku u kulturali tad-dijaspora Maltija.
Share





