Il-Milied u s-Sena t-tajba

Merry Christmas.jpg

Merry Christmas from SBS Maltese - Image SBS Maltese

Nixtiqilkom Milied qaddis u sena ġdida mimlija saħħa u risq. Grazzi lil dawk kollha li bagħtu x-xewqat tal-Milied permezz tal-kartolini u messaġġi elettroniċi.


L-appoġġ tagħkom ma jonqos qatt. Għalhekk min-naħa tiegħi nwegħedkom li nkompli b’dawn ix-xandiriet, minkejja li s-semmiegħa tar-radju dejjem qegħdin jonqsu, minħabba l-anzjani li jħalluna u n-nuqqas ta’ smigħ bir-radju minn ġenerazzjonijiet ġodda.

Min-naħa l-oħra hemm għadd ġdid ta’ segwaċi li jsegwuwna fuq SBS On Demand u permezz tal-Facebook; għalhekk qed isir aktar sforz għal kontenut ta’ din ix-xorta.

Din is-sena ċċelebrajna għeluq il-50 sena ta’ xandir fuq dan l-istazzjon. Għalkemm il-futur huwa inċert, min-naħa tiegħi nibqa’ nwasslilkom dawn ix-xandiriet bir-radju, sakemm jibqa’ jkun hemm numru sostanzjali ta’ semmiegħa, u l-komunità turi l-bżonn ta’ dawn ix-xandiriet.

Meta nirriflettu dwar is-sena li waslet biex tintemm u n-numru ta’ Maltin u Għawdxin fil-komunità li ħallewna, waqt li naħsbu fihom fit-talb tagħna, inkomplu nħarsu ’l quddiem b’mod pożittiv u niċċcelebraw il-Milied qaddis mal-għeżież tagħna, bil-valuri kollha li jagħmluna Maltin Awstraljani.

Ma ninsewx lil dawk li jinsabu waħdihom u dawk morda. Anke b’sempliċiment telefonata, jew żjara qasira, nuruhom li m’humiex waħidhom.

Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.

Joe Axiaq – Executive Producer – SBS Maltese

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand