Stedina għall-wirja oħra tal-Musical Malti 'Vjaġġ Lejn il-Gżira tat-Teżor' fiċ-Ċentru ta’ La Vallette fi Blacktown New South Wales, nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju 2026, fl-10.am. Permezz tas-sehem tagħhom f’musical Malti grupp ta’ tfal Maltin Awstraljani fi New South Wales qegħdin jitgħallmu l-Malti.
L-attriċi u edukatriċi Maria Cauchi Simpson kitbet il-musical u hija l-forza ewlenija u l-ispirazzjoni għal dan il-mod innovattiv u kreattiv biex hi u t-tfal qegħdin jitgħallmu l-Malti, waqt li juru t-talent tagħhom fuq il-palk.
Share





