Il-mużika Maltija kontemporanja tal-kitarrista Tony Pace

Tony Pace  .jpg

Tony Pace huwa kitarrist, kompożitur, għalliem tal-mużika u jipproduċi programmi fuq ir-radju. Jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar is-CD ta’ mużika Maltija kontemporanja li għadu kemm ħareġ, Contemporary Maltese Folk Music. Tony Pace huwa ispirat mill-folkor Malti, l-ambjent naturali u l-istorja ta’ Malta. Is-CD tikkonsisti f’sitt melodiji b’arranġament għall-kitarra klassika li kien kiteb fis-snin sebgħin. Huwa ħareġ ukoll ktieb bil-mużika ta’ dawn il-melodiji għal min ikun irid idoqqhom. Għal kopja tal-ktieb u s-CD, Tony jista’ jkun ikkuntattjat bl-email: tonypace05 @gmail.com



Share

Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now