Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela ħabbar ir-raba’ rebħa elettorali għall-Partit Laburista. F’kollegament telefoniku fuq TVM, Dr Abela qal li kollox jindika li l-Partit Laburista kiteb l-istorja bħala l-ewwel partit li rebaħ r-raba’ elezzjoni konsekuttiva. F’filmat fuq il-mezzi soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Alex Borg qal li l-poplu tkellem u l-vuċi tal-poplu jeħtieġ li tiġi rispettata b’umiltà, dinjità u mħabba lejn Malta.
Rapport tal-korrispondent tal-SBS f’Malta, Leonard Callus.
Share





