Watch FIFA World Cup 2026™

LIVE, FREE and EXCLUSIVE starting June 12 2026

Il-vetturi tal-elettriku fl-Awstralja huma daqshekk ta’ valur? | Fuel in Focus

Australia Explained – Fuel in Focus

It is estimated that drivers can save up to 70 per cent on fuel and 40 per cent on servicing costs annually. Source: Moment RF / Tashdique Mehtaj Ahmed/Getty Images

Il-vetturi tal-elettriku qegħdin isiru aktar komuni fit-toroq Awstraljani hekk kif il-prezzijiet tal-fjuwil jibqgħu instabbli u aktar sewwieqa qegħdin ifittxu modi irħas biex jivvjaġġaw. Hawn x'għandek bżonn tkun taf jekk qed taħseb li tagħmel il-bidla.


Published

Updated

By Zoe Thomaidou

Presented by Melissa Compagnoni

Source: SBS



Share this with family and friends


Il-vetturi tal-elettriku qegħdin isiru aktar komuni fit-toroq Awstraljani hekk kif il-prezzijiet tal-fjuwil jibqgħu instabbli u aktar sewwieqa qegħdin ifittxu modi irħas biex jivvjaġġaw. Hawn x'għandek bżonn tkun taf jekk qed taħseb li tagħmel il-bidla.


L-informazzjoni tal-industrija tal-vetturi tal-Elettriku (l-EVs) kienu jiffurmaw madwar wieħed minn kull sitt vetturi ġodda mibjugħa fl-Awstralja f'April 2026. Iżda filwaqt li l-bejgħ qed jiżdied, għad hemm mistoqsijiet dwar l-affordabbiltà, l-iċċarġjar u jekk l-EVs humiex adattati għall-kundizzjonijiet tas-sewqan fl-Awstralja.

Kemm tiswa vettura tal-elettriku fl-Awstralja?

Il-vetturi tal-elettriku, ġeneralment għadhom jiswew aktar mill-karozzi tal-petrol jew tad-diżil, għalkemm il-prezzijiet niżlu hekk kif żdiedu l-użu u l-għażla.

Hussein Dia, Professur tat-Teknoloġija tat-Trasport u s-Sostenibbiltà fl-Università tat-Teknoloġija ta’ Swinburne, jgħid li issa hemm mudelli aktar affordabbli disponibbli.

“Tlieta, erba’ snin ilu, konna nitħabtu biex insibu vettura tal-elettriku għal inqas minn $50,000. Illum il-ġurnata qegħdin mat- $30, 000 u bl-inċentivi tal-gvern ukoll, jistgħu jkunu saħansitra orħos.”

Is-sewwieqa jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal inċentivi tal-gvern skont fejn jgħixu.

L-impjegati li għandhom arranġamenti partikulari ta’ ħlas tas-salarju tagħhom, jistgħu wkoll jikkwalifikaw għal skont fit-taxxa fuq il-benefiċċji marġinali permezz ta’ kiri novat.

Alex Forrest, Maniġer tal-Vetturi u l-Fjuwils fir-Royal Automobile Club tal-Awstralja tal-Punent, jispjega:

“Jekk għandek kiri b’novazzjoni, tista’ tikseb skont fuq it-taxxa fuq il-benefiċċji addizzjonali. Għalhekk dan jista’ jiffrankalek eluf ta’ dollari kull sena, ngħidu aħna, fuq perjodu ta’ kiri ta’ ħames snin...”

Vetturi tal-elettriku huma orħos biex issuq?

Meta mqabbla mal-karozzi tal-petrol u tad-diżil, vetturi tal-elettriku ġeneralment huma orħos biex jitħaddmu.

Huwa stmat li s-sewwieqa jistgħu jiffrankaw sa 70 fil-mija fuq l-ispejjeż tal-fjuwil u 40 fil-mija fuq l-ispejjeż tas-servizz kull sena.

Il-Professur Dia jgħid li spejjeż aktar baxxi tal-elettriku u tas-servizz jistgħu jiżdiedu maż-żmien.

L-elettriku huwa ħafna irħas mill-petrol għal kull kilometru... U l-Vetturi tal-Elettriku, peress li huma aktar sempliċi mekkanikament, l-ispejjeż tas-servizz huma wkoll aktar baxxi.
Hussein Dia

Charging an EV at home is generally cheaper than using public charging stations, so overall running-cost savings may be lower for drivers who rely heavily on public charging.

Kemm tista' tivvjaġġa vettura tal-elettriku?

Il-Professur Dia jgħid li ħafna mudelli bażiċi ta' vetturi tal-elettriku (EV) issa jistgħu jivvjaġġaw bejn 400 u 500 kilometru b'ċarġ wieħed.

Iżda l-ivvjaġġar fuq distanzi twal xorta jista' jirrikjedi ppjanar.

"Fejn ikun hemm diffikulta’ hija meta jkollok bżonn tivvjaġġa bejn stat u ieħor... speċjalment f'żoni reġjonali. Hemm eluf ta' kilometri mingħajr ċarġers qawwija u ta’ ħeffa."

Tista' tiċċarġja vettura tal-elettriku d-dar?

Ħafna sidien ta’ vetturi tal-elettriku jiċċarġjaw il-karozzi tagħhom id-dar billi jużaw sokit standard tal-elettriku.

Alex Forrest jgħid li dan jista’ jkun adattat għal nies li jsuqu distanzi iqsar kuljum.

“Jekk għandek parkeġġ barra mit-triq u sokit tal-elettriku fil-garaxx jew fil-carport tiegħek, żgur li tista’ tiċċarġja billi tuża dak il-kejbil tal-elettriku.”

Sewwieqa li jivvjaġġaw distanzi itwal jistgħu jibbenefikaw mill-installazzjoni ta’ ċarġer tad-dar apposta.

Jekk ikollok issuq ħafna kuljum, tagħmel vjaġġi twal u tuża aktar qawwa tal-batterija... hemmhekk fejn tajjeb ikollok ċarġer fid-dar.
Alex Forrest

Nies li jgħixu f'appartamenti jistgħu jeħtieġu l-approvazzjoni mill-korp tal-istrata tagħhom qabel ma jinstallaw ċarġer tal-Vetturi tal-Elettriku apposta.

X'għandek tkun taf qabel tixtri Vettura tal-Elettriku użata?

Is-suq tal-Vetturi tal-Elettruku użati fl-Awstralja għadu relattivament ġdid, iżda l-fiduċja tal-konsumatur fil-Vetturi tal-Elettriku użati qed tiżdied.

L-esperti jirrakkomandaw li tiċċekkja l-garanzija tal-batterija, l-għażliet ta’ manutenzjoni u l-għajnuna ta’ wara l-bejgħ qabel ma tixtri l-vettura.

Alex Forrest jgħid li l-konsumaturi għandhom jirriċerkaw l-esperjenzi ta’ dawk li jkollhom karozza ta’ din ix-xorta, kif ukoll l-evalwazzjonijiet tal-karozzi.

“Agħmel ir-riċerka tiegħek, mhux biss tal-evalwazzjonijiet tal-karozzi, iżda skopri x’jaħsbu n-nies verament dwar l-esperjenza ta’ min ikollu karozza bħal din... kun żgur li taf eżattament x’qed tikseb għall-prezz li trid tħallas, u li jaqbel mal-bżonnijiet tiegħek ukoll.”

Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.

Do you have any questions or topic ideas? Email australiaexplained@sbs.com.au


Latest podcast episodes

Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Stream now