Imut Victor Aquilina, pijunier tax-xandir Malti u eks Kap tal-Programmi Maltin fuq Radio 3EA

Victor Aquilina SBS OB.jpg

Victor Aquilina, wieħed mill-pijunieri tax-xandir bil-Malti u l-ewwel disc jockey fuq ir-Rediffusion, miet f’Melbourne fl-għomor ta’ 92 sena. Huwa kien ngħaqad mal-kumpanija tar-Rediffusion fl-1950 bħala continuity announcer u mbagħad kompla bħala producer u preżentatur tal-programmi. Aktar tard fl-1966 u fl-1971 kien jokkupa diversi karigi maniġerjali. Huwa beda jippreżenta wkoll programmi fuq it-televixin meta l-Malta Television beda t-trasmissjonijiet tiegħu fl-1962. Victor Aquilina emigra lejn l-Awstralja fl-1982. Huwa kien il-kap tal-Programmi Maltin fuq Radio 3EA f’Melbourne, bejn l-1985 u l-1995. F’din il-podcast, Joe Axiaq jintroduċi lil Victor Aquilina lill-komunità Maltija fl-Awstralja f’Diċembru tal-1984, b’sensiela ta’ programmi, bl-isem, ‘Dak Kien Żmien’.



Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand