Queensland ’s Sugar King, The Zammit Legacy huwa ktieb miktub minn Catherine Smith dwar in-nanniet tagħha u l-migrazzjoni tagħhom minn Malta għall-Awstralja fil-bidu tas-seklu l-ieħor. Hija titkellem ma’ Joe Axiaq dwar in-nanniet tagħha li minkejja diffikultajiet kbar issetiljaw f’North Queensland u ħallew wirt dejjiemi.
Paul Zammit ma kienx persuna prominenti u ma kellux kariga pubblika. Huwa kien illitterat u ttimbrat immigrant barrani, iżda maż-żmien huwa kiseb ir-reputazzjoni notevoli bħala negozjant ħabrieku u rispettat b’ viżjoni intraprenditorjali, li impjega ħafna Ewropej fosthom Maltin u għenhom jissetiljaw fl-Awstralja.
Share





