Il-bidliet tat-tielet stadju tat-tnaqqis fit-taxxi għaddew mill-parlament Awstraljan. Din hija rebħa għall-partit laburista, li assigura l-appoġġ tal-Koalizzjoni għal bidliet fit-taxxi. Imma bidla waħda fil-leġislazzjoni ma tfissirx it-tmiem tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja bil-gvern mitlub jagħmel aktar sforzi biex jindirizza l-kriżi kontinwa.
Share




