Joe Cutajar, jitkellem ma’ Manwel Casha, dwar il-vjaġġ tiegħu minn Malta għall-Awstralja bħala tifel ta’ sitt snin, fl-1954 mal-familja tiegħu; u kif kompla jitrabba f’ambjent Malti Awstraljan, partikularment l-għani Malti, billi missieru baqa’ wieħed mill-aqwa għannejja u kitarristi, fil-komunità tal-mużika tradizzjonali Maltija fl-Awstralja.
Share





