Il-korrispondent tal-SBS f’Malta, Leonard Callus, jirrapporta dwar in-numru konsiderevoli ta’ Maltin residenti u jaħdmu f’pajjiżi tal-Golf bħall-Emirati Għaraq Magħquda u l-Qatar, it-tħassib fl-ivvjaġġar u l-għeluq tal-ispazju tal-ajru u n-nuqqas ta’ sigurtà. Dawn ħolqu klima ta’ inċertezza u ansjetà.
Fuq livell diplomatiku, Malta appellat għar-rażan u t-tnaqqis tat-tensjoni, filwaqt li qed tfittex li tħares l-istabbiltà internazzjonali u fl-istess ħin tipproteġi liċ-ċittadini tagħha barra minn xtutha.



