Punti Ewlenin
- Kyle Vander-Kuyp, raġel kburi minn Worimi u Yuin, irrappreżenta lill-Awstralja fil-110 metri ostakli (hurdles) fil-Logħob Olimpiku ta' Atlanta 1996 u Sydney 2000.
- Lydia Williams, mara kburija ta’ nisel Noongar, irrappreżentat lill-Awstralja fit-tim nazzjonali tan-nisa tal-futbol Awstraljan, il-Matildas, mill-2005 sal-2024.
- Kif l-atleti Indiġeni jispiraw il-ġenerazzjonijiet futuri?
- Xi sfidi ffaċċjaw l-isportivi Indiġeni?
- Kif l-isport jikkonnettja l-kultura u l-identita' għall-Awstraljani Indiġeni?
- X'wirt ħallew l-atleti Indiġeni fuq l-isport Awstraljan?
- Għaliex l-isport Indiġenu huwa importanti għall-identita' nazzjonali tal-Awstralja?
Matul is-snin, ħafna atleti tal-Ewwel Nazzjonijiet laħqu l-quċċata tal-isport professjonali. Figuri bħall-eks atleti Olimpiċi l-hurdler Kyle Vander-Kuyp, il-plejer professjonali tal-futbol Lydia Williams, u l-leġġenda tal-atletika Cathy Freeman mhux biss irrappreżentaw lil pajjiżhom iżda ġarrew ukoll il-kburija tal-kulturi tagħhom fuq il-palk dinji. Il-vjaġġi tagħhom ifakkruna li l-isport huwa kemm personali kif ukoll kollettiv, pjattaforma għall-espressjoni personali, l-identità, u l-konnessjoni.
Kif l-atleti Indiġeni jispiraw il-ġenerazzjonijiet futuri?
Għall-isportivi Indiġeni tal-Awstralja bħal Lydia Williams u Kyle Vander-Kuyp, li jaraw lil dawk li ġew qabilhom għenhom iqawwu qalbhom li jirnexxu fl-arena kompetittiva tal-isport internazzjonali.
“Dejjem ħabbejt l-isport u dejjem ħabbejt il-futbol u nixtieq nilgħab u nirrappreżenta lil pajjiżi. Imma kienet ukoll esperjenza tassew interessanti u responsabilità li nirrappreżenta l-kultura u lin-nies tiegħi, u biex ikolli opportunità li tagħmel il-ħolm tiegħi realtà,” tgħid Lydia Williams, mara Noongar imwielda fir-reġjun tal-Lbiċ tal-Awstralja tal-Punent. Bħala gowler, kienet l-aktar plejer li ilha tilgħab fit-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa tal-Awstralja, il-Matildas.
Lydia rrappreżentat lill-Awstralja f’żewġ Olimpijadi, ħames avvenimenti tat-Tazza tad-Dinja u sitt avvenimenti tat-Tazza tal-Asja u l-karriera sportiva tagħha ħaditha madwar id-dinja kollha.
“Naħseb li t-tim li tpoġġejt fih, flimkien ma’ sħabi fit-tim, kulħadd għandu sfond tassew divers iżda l-ħaġa waħda li qbilna lkoll dwarha hija li ridna nħallu l-isport aħjar minn kif kien meta dħalna fih għall-ewwel darba,” tispjega Lydia.

SYDNEY, AUSTRALIA - JUNE 03: Lydia Williams, goalkeeper of Australia is presented with a gift from Evonne Goolagong Cawley before the international friendly match between Australia Matildas and China PR at Accor Stadium on June 03, 2024 in Sydney, Australia. (Photo by Matt King/Getty Images) Credit: Matt King/Getty Images
Xi sfidi ffaċċjaw l-isportivi Indiġeni?
It-triq għall-isport tal-ogħla livell ma kinitx mingħajr diffikultajiet. Kwistjonijiet ta’ identità, rappreżentanza, u ugwaljanza sawru l-esperjenzi tal-atleti Indiġeni. Lydia tiftakar il-ġlieda għal paga ugwali u rikonoxximent fil-futbol tan-nisa.
“Matul il-karriera tiegħi, kellna strajkijiet fejn ridna paga l-istess bħall-irġiel. Stajna nuru l-bandiera Aboriġina f’Olimpjadi. Għalhekk naħseb li t-tim verament kien grupp magħqud biex iwarrab id-diffikultajiet u verament jippermetti lin-nies jiddefendu l-affarijiet li jemmnu fihom.”
Kyle Vander-Kuyp irrappreżenta lill-Awstralja f’avvenimenti tal-hurdling f’żewġ Olimpjadi, diversi Logħob tal-Commonwealth u f’bosta avvenimenti tal-kampjonat dinji.T

Kyle Vander-Kuyp is competing in the hurdles at the Sydney 2000 Olympics.
L-introduzzjoni tiegħu għall-isport mit-tfulija offriet lil Kyle mezz ta’ espressjoni personali u sens ta’ konnessjoni ma’ grupp.
“Meta ġejt adottat fl-età ta’ ħames ġimgħat, waħda mill-ewwel sfidi tiegħi kienet li nipprova nifhem, għaliex ommi u missieri kienu differenti minni. U kif ġejt b’kulur tal-ġilda differenti? Dik probabbilment kienet l-ewwel sfida tiegħi, li ġejt adottat u naħdem fuq dik l-identità,” jispjega Kyle.
Hekk kif Kyle fittex li jifhem aħjar l-identità tiegħu stess, imħeġġeġ mill-ġenituri u l-ħbieb tiegħu, kien l-involviment tiegħu f’Little Athletics, programm li jintroduċi lit-tfal għal varjetà ta’ avvenimenti tal-atletika, li wasslitu fit-triq li aktar tard seta’ jara lilu nnifsu jirrappreżenta lill-Awstralja.
Minkejja dawn l-isfidi, iż-żewġ atleti, bħal ħafna qabilhom, bidlu d-diffikultajiet li għaddew minnhom f’enerġija għall-kisbiet tagħhom, u wrew li l-isport jista’ jkun għodda biex jagħtihom is-saħħa u l-kunfidenza.

Kyle Vander-Kuyp with his adoptive mother Patricia Vander-Kuyp and his birth mother Susan Dawson - Image supplied by Kyle Vander-Kuyp.
Kif l-isport jikkonnettja l-kultura u l-identità għall-Awstraljani Indiġeni?
Għall-atleti Indiġeni, l-isport huwa aktar minn kompetizzjoni — huwa espressjoni kulturali. Il-kmamar tal-lokers li juru l-bnadar tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait, u l-atleti li juru b’kburija l-wirt tagħhom waqt il-logħob, juru kif l-isport irawwem sens ta’ appartenenza.
Kyle jiftakar il-kliem tal-plejer magħruf tal-AFL Maurice Rioli: “Niftakar b’mod ċar madwar is-snin bikrin tal-iskola primarja kont sempliċement inħares b’ammirazzjoni lejn nies bħal Lionel Rose, Evonne Goolagong, u kelli xortija tajba biżżejjed li kelli plejer tal-futbol Aboriġinali jiġi l-iskola tiegħi, Maurice Rioli, u mhux biss qasam l-istorja tiegħu bħala plejer tal-futbol, iżda qasam ukoll il-wirt Aboriġinali tiegħu.” U warrabni fil-ġenb fil-kamra tal-istaff u qalli, taf, Kyle, mhuwiex żvantaġġ li tkun Aboriġinali, huwa vantaġġ u trid tużah.”
Affermazzjonijiet bħal dawn juru kemm l-isport huwa parti profonda mill-identità kulturali, u joffri kemm viżibilità kif ukoll kburija.
Kyle spiċċa jirrappreżenta lill-Awstralja fil-Logħob tal-Commonwealth tal-1990 f'Auckland, New Zealand.
"Kont fortunat biżżejjed li nkun f'dak it-tim ma' Cathy Freeman u t-tnejn konna adoloxxenti, allura Cathy ta' 16-il sena u jien ta' 18-il sena, u naħseb li dik kienet tassew l-ewwel darba li kont konxju tal-identità tiegħi u li jien Awstraljan u li qed nilbes l-aħdar u d-deheb, imma ara jien fil-fatt Awstraljan Indiġenu wkoll. Li tilbes dak l-aħdar u d-deheb tagħmel isem għalik innifsek u għall-poplu tiegħek."
X'wirt ħallew l-atleti Indiġeni fuq l-isport Awstraljan?
Il-wirt tal-isportivi Indiġeni huwa dejjiemi u profond. Huma ispiraw lit-tfal f'komunitajiet remoti, jiġġieldu għall-ugwaljanza fil-paga u r-rappreżentanza, u wrew li l-identità u l-wirt jistgħu jitpoġġew bi kburija flimkien mal-kuluri nazzjonali.
Lydia Williams tinnota l-importanza li n-nisa żgħażagħ tal-Ewwel Nazzjonijiet tal-lum jaraw rappreżentanza fil-futbol: "Issa hemm nisa predominanti tal-Ewwel Nazzjonijiet fil-futbol... it-tfal jistgħu jassoċjaw ruħhom magħhom, u jkunu ta’ eżempju għalihom."
Għal Kyle, mumenti ta' rikonoxximent mill-familji u l-komunitajiet, li semgħu li kien ta’ ispirazzjoni lil oħrajn, saħħew il-qawwa trasformattiva tal-isport.
“Meta terġa’ lura biex tipprova tgħix ħajja normali mingħajr ma tkun atleta fl-ogħla livell tal-isport u tmur f’komunitajiet remoti, u tiltaqa’ mal-komunitajiet tiegħek, l-anzjani u t-tfal jgħidulek, rajniek fuq it-TV u ispirajtna. Huwa mument bħal dan fejn tirrealizza kemm l-isport huwa ħaġa qawwija.”

Kyle Vander-Kuyp near Uluru – Image supplied by Kyle Vander-Kuyp.
Għaliex l-isport Indiġenu huwa importanti għall-identità nazzjonali tal-Awstralja?
L-atleti Indiġeni Awstraljani jirrappreżentaw aktar minn sempliċi suċċess personali. Huma jinkorporaw ir-reżiljenza, l-inklużjoni, u l-kburija kulturali. Il-preżenza tagħhom fix-xena dinjija ħalliet marka li ma titħassarx fuq kif l-Awstralja tara lilha nnifisha, bħala nazzjon imsaħħaħ mill-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet tagħha u l-kisbiet tagħhom.
Mill-atletika fil-livell lokali sal-kompetizzjinonijiet globali, l-atleti Indiġeni jkomplu jsawru l-kultura sportiva, u jagħtu prova li l-isport jibqa' wieħed mill-aktar mezzi qawwija għall-unita', l-indentita', u l-ispirazzjoni.
Għal Lydia Williams, il-vjagg sportiv tagħha li tirrappreżenta pajjiżha u l-kultura tagħha kien imħeġġeg minn sħabha fit-tim. Huma kienu ta' appoġġ, interessati f'ħajjitha bħala mara tal-Ewwel Nazzjonijiet u ffukati fuq iż-żamma ta' grupp armonjuż li jħaddan id-differenza.
“Għalija, huwa tassew importanti li nirrappreżenta lil pajjiżi flimkien mal-kultura tiegħi. Meta nilbsu l-istemma, ikollha l-bandiera u s-simboli Awstraljani fuqha, iżda aktar importanti minn hekk, huwa tim li huwa tassew għani fil-kultura. Fejn inbiddlu ħwejjiġna, għandna l-bandiera tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait. Għalhekk huwa tim li jispira ħafna inklużjoni u kburija. Kien tassew sabiħ li nirrappreżenta t-tnejn,” taqsam ħsibijietha Lydia.
Minn stilla internazzjonali tal-futbol għal persuna li għamlet bidla, Lydia Williams taspira li tkompli titgħallem, u li toħloq bidla għall-aħjar.
“Naħseb li huwa tassew eċċitanti issa li hemm nisa predominanti mill-Ewwel Nazzjonijiet fil-futbol, li t-tfal żgħar jistgħu jirrelataw magħhom u jistgħu jsibuhom, li huma ta’ ispirazzjoni għalihom,” tgħid Lydia.
Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.
Do you have any questions or topic ideas? Send us an email to australiaexplained@sbs.com.au