Sydney
- Il-Ħadd 28 ta’ Settembru, fis-2.00pm, flimkien mal-Isqof tal-post se jiċċelebra l-Quddiesa tal-Festa fil-Knisja Our Lady Queen of Peace fi Greystanes, li fiha se tiġi inkurunata l-istatwa tal-Madonna.
- It-Tnejn 29, fid-9.15am imexxi quddiesa fl-istess knisja.
- L-Erbgħa 1 ta’ Ottubru, jiltaqa’ uffiċjalment mal-komunitajiet Għawdxin u Maltin residenti f’Sydney. Fid-9.15am se jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Our Lady Queen of Peace, u mbagħad ikompli jsellem lin-nies fis-St George Preca Centre.
- Il-Ħamis 2, ta' Ottubru, fl-10.00am jiċċelebra l-quddiesa fil-La Vallette Social Centre, u wara jkompli jiltaqa’ mal-Maltin u Għawdxin preżenti.
Melbourne
- Is-Sibt 4 ta’ Ottubru - quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, f'Bacchus Marsh fis-2pm.
- Is-Sibt 4 ta’ Ottubru - quddiesa fiċ-Ċentru Kulturali, 27 Talmage Street, Albion fis-6pm.
Wara jkun hemm laqgħa informali għal dawk li jkunu jridu jiltaqgħu mal-Isoqf. - Il-Ħadd 5 ta’ Ottubru - quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl, Sunshine Ave, Kealba fit-8am.
- It-Tlieta 7 ta’ Ottubru - quddiesa fil-Knisja tal-Parrocca ta’ St Bernadette, North Sunshine fid-9.15am.
Il-komunità Maltija, speċjalment dawk minn Għawdex huma mħeġġa li jattendu u jiltaqgħu mal-Isqof t’Għawdex waqt li jingħata merħba kif jixraq fl-Awstralja.