Il-Laburisti jridu li l-kummissjoni rjali fis-sistema bankarja tingħata aktar żmien

Source: AAP
Il-Laburisti Federali reġgħu bdew jitolbu biex il-kummissjoni rjali dwar is-sistema bankarja tkun estiża. Huma jgħidu li hemm bżonn aktar żmien biex ix-xogħol isir sewwa. Rapport proviżorju li ħareġ il-ġimgħa l-oħra juri l-kultura ta’ regħba li hemm fil-banek, imma ma saru l-ebda rakomandazzjonijiet.
Share


