Lawrence Dimech, jirtira mill-attività komunitarja

DSCN0608-scaled.jpg

Dan l-aħħar is-Sur Lawrence Dimech, ħabbar li se jirtira mill-attività komunitarja kollha. Chris Bowen, Ministru għall-Bidla fil-Klima u l-Enerġija, faħħar il-kontribut u s-servizz li s-Sur Lawrence Dimech u martu Marlene taw fil-komunità Maltija.


Is-Sur Lawrence Dimech kien pijunier tal-ġurnaliżmu fl-Awstralja. Waqqaf il-gazzetta Maltija The Maltese Herald fis-snin sittin u sa ftit ilu kien l-editur ta’ The Voice of the Maltese. Dimech serva wkoll bħala konslu ġenerali ta’ Malta fi New South Wales bejn l-1971 u l-1977. Kien membru u fundatur tal-Melita Eagles Paramatta Soccer Club u għal ħafna snin, President tal-Kunsill Malti ta’ New South Wales.

Mill-1977 sal-1985 huwa kien maħtur mill-Gvern Federali Awstraljan bħala direttur u koordinatur tal-Paramatta Migrant Resouce Centre. Lawrence Dimech huwa wieħed mill-kolonni u mexxejja tal-komunità Maltija fl-Awstralja li kellu sehem fl-iżvilupp u l-ġrajjiet ewlenin li għaddiet minnhom il-komunità Maltija fl-Awstralja f’dawn l-aħħar sittin sena.

 


Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Lawrence Dimech, jirtira mill-attività komunitarja | SBS Maltese