Rokit ta’ Loranne Vella, l-aħjar rumanz tas-sena l-oħra

Source: Loranne Vella
L-awtriċi Maltija, Loranne Vella, rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Malti 2018, bir-rumanz tagħha Rokit. Hija titkellem ma’ Joe Axiaq dwar it-temi f’dan il-ktieb u kif il-karattru ewlieni, Petrel, jitlaq mill-Kroazja, biex jesplora l-għeruq Maltin tan-nanna tiegħu. Huwa jsib li Malta kienet maħkuma, mill-effetti tas-sħana globali.
Share


