Manuel Casha, mużisita, kittieb u xandar miet fit-23 ta’ Frar 2026. Il-wirt mużikali li ħallielna fir-riċerka u r-rekording tal-għana Malti u d-daqq tal-prejjem fl-Awstralja ma’ għannejja u kitarristi ewlenin jibqgħu legat mhux biss marbuta m’ismu, imma mal-istorja tal-komunità Maltija fl-Awstralja. Minbarra il-mużika tradizzjonali Maltija huwa ta sehem importanti fil-mużika popolari Awstraljana sa mis-snin sittin.
Fis-snin tmenin u disgħin kiteb diversi kanzunetti bil-Malti lill-kantanti Maltin Awsraljani. Għen lil ħafna kantanti u kitarristi jirrekordjaw il-kanzunetti u l-mużika tagħhom. Kien wieħed mill-ewwel xandara Maltin, hekk kif beda x-xandir bil-Malti fl-1975 f’Melbourne. Kiteb u ppubblika diversi xogħlijiet letterarji, drammi u musicals Maltin.
Share





