Migrazzjoni qawwija minn Malta wara t-Tieni Gwerra Dinjija – Mark Caruana

Kien hemm migrazzjoni qawwija minn Malta għall-Awstralja wara t-Tieni Gwerra Dinjija sa kmieni s-snin tmenin tas-seklu l-ieħor. Bejn l-1946 sa tard is-snin sebgħin, aktar minn 140, 000 persuna ħalliet Malta bl-għajnuna fil-ħlas tal-passaġġ, b'57.6 fil-mija jmorru l-Awstralja. Ir-riċerkatur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja, Mark Caruana, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar il-Maltin li kienu jaslu l-Awstralja f’dan il-perjodu.
Share