Minn Mabo għall-Awstralja moderna: l-istorja kontinwa tat-titlu nattiv

Australia - Bungle Bungles - Eco Tourism

Tamba Banks of the Jaru tribe, whose family once lived in the Bungle Bungles, [known to her people as Billingjal], is one of the traditional owners of the Purnululu national park. Credit: Barry Lewis/Corbis via Getty Images

L-Awstralja hija magħrufa madwar id-dinja għall-kulturi sinjuri u diversi tagħha tal-Ewwel Nazzjonijiet. Iżda meta niġu għat-titlu nattiv u d-drittijiet tal-art, xorta tista’ tistaqsi xi jfissru. Skopri xi jfisser it-titlu nattiv fl-Awstralja, kif beda bil-Każ ta’ Mabo, x’jagħmel l-Att dwar it-Titlu Nattiv, u għaliex huwa importanti għall-Awstraljani kollha.


Punti Ewlenin
  • It-titlu nattiv huwa r-rikonoxximent legali li l-popli Aboriġi u tal-Gżejjer tat-Torres Strait għandhom konnessjoni kontinwa mal-art u l-ilmijiet, skont il-liġijiet u drawwiet tradizzjonali.
  • It-titlu nattiv jippermetti lill-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet jipproteġu l-kultura tagħhom.
  • Il-biċċa l-kbira tan-nies, speċjalment dawk li jgħixu fl-ibliet u fi djarhom stess, mhumiex affettwati mit-titlu nattiv, iżda li tifhem x’inhu, jista' jgħin biex tieħu sehem fil-konverżazzjoni dwaru.
TWISSJA: Din l-istorja fiha ritratti u ismijiet ta' nies li m'għandhomx magħna.
It-titlu nattiv, id-drittijiet dwar l-art u t-trattat huma tliet perspettivi differenti użati biex isaħħu din il-kultura u jżommu l-Aboriġini u l-Gżejjer tat-Torres Strait konnessi mal-art. Tista' ssir taf aktar dwar id-drittijiet dwar l-art u t-trattat fl-episodji oħra li xandarna qabel.

Dan l-episodji se jikkonċentra fuq it-titlu nattiv, x’inhu, l-istorja tiegħu, kif huwa differenti minn drittijiet oħra tal-art u x’ifisser illum.

Kif seħħ it-titlu nattiv?

Għal aktar minn 200 sena, l-Awstralja kienet iddikjarata terra nullius, li tfisser "art vojta", mingħajr ma tirrikonoxxi l-popli Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait li kienu jgħixu hawn qabel ġew l-ewwel nies bojod.

Dan inbidel b'każ legali storiku wieħed – Il-Każ ta’ Mabo.

Fl-1982, grupp ta' nies ta’ dixxendenza Meriam immexxija minn Eddie Koiki Mabo bdew każ legali jfittxu li huma s-sidien tradizzjonali tal-Gżejjer Murray fit-Torres Strait — grupp żgħir ta' gżejjer eżatt 'il fuq mill-ponta ta' Queensland, fil-quċċata nett tal-Awstralja.

Il-każ kien wieħed twil, dam kważi għaxar snin. Imbagħad, fl-1992, il-Qorti Għolja tal-Awstralja ħadet deċiżjoni storika li tirrikonoxxi li l-poplu Meriam kellu titlu nattiv fuq artijiethom. Din id-deċiżjoni kienet storika għax biddlet it-twemmin legali li kien ilu jeżisti ta’ ‘terra nullius’.

 Wara dik id-deċiżjoni, l-Att dwar it-Titlu Nattiv tal-1993 ġie approvat mill-Parlament Federali.

Fil-15 ta’ Novembru 1993, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Paul Keating indirizza lin-nazzjon, fejn iddeskriva r-rispons tal-Gvern Awstraljan għad-deċiżjoni ta’ Mabo tal-Qorti Għolja.

“Id-deċiżjoni tal-Qorti kienet bla dubju ġusta. Ċaħdet gidba u rrikonoxxiet verità. Il-gidba kienet terra nullius – it-twemmin konvenjenti li l-Awstralja ma kienet art ta’ ħadd. Il-verità kienet it-titlu nattiv – il-fatt li l-art darba kienet tappartjeni lill-Awstraljani Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait u li f'xi postijiet dritt legali baqa' ħaj wara l-200 sena tal-issetiljar ta-Ewropej.”

X’ifisser titlu nattiv?

It-titlu nattiv huwa rikonoxximent li xi popli tal-Ewwel Nazzjonijiet għad għandhom drittijiet fuq l-art u l-ilmijiet tagħhom, ibbażati skont il-liġijiet u d-drawwiet tradizzjonali tagħhom. Dawn id-drittijiet mhumiex mogħtija mill-gvernijiet jew magħmula permezz ta’ negozjati — huma rikonoxxuti mill-qrati Awstraljani.

It-titlu nattiv spiss jiġi deskritt bħala “għadd ta’ drittijiet” għaliex jinkludi ħafna drittijiet differenti, mhux wieħed biss. Dawn id-drittijiet jistgħu jinkludu l-użu tal-art u l-ilmijiet għall-kaċċa, is-sajd, iċ-ċerimonji, u l-ħarsien ta’ postijiet kulturali importanti.

Jirrikonoxxi drittijiet kollettivi jew komunali li jirriżultaw minn tradizzjonijiet kulturali u spiritwali li ilhom jeżistu, aktar minn sidien kummerċjali.

Madankollu, it-titlu nattiv ma jissostitwixxix użu ieħor tal-art, bħall-biedja, tħaffir tal-minjieri, jew attivitajiet tal-gvern lokali. F'ħafna postijiet, dan l-użu jeżisti flimkien mat-titlu nattiv. Dan ifisser li l-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet spiss jaqsmu drittijiet fuq l-art ma' oħrajn, bħal bdiewa, tħaffir tal-minjieri, jew kunsilli.

Għall-komunitajiet Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait, it-titlu nattiv huwa ħafna aktar milli sempliċiment art - huwa dwar l-identità, il-kultura, u l-appartenenza.

Il-Professur Peter Yu, mexxej u akkademiku ta' dixxendenza Yawuru, jispjega:

"Dak li jagħmel it-titlu nattiv huwa li jipprovdilek l-opportunità li tfassal mill-ġdid in-natura tar-regoli fundamentali li jirregolaw il-komunità u r-relazzjoni tiegħek. Dan huwa bażikament f'termini tal-komunità tiegħi stess. Jipprovdi wkoll bażi mġedda għat-tagħlim u t-tagħlim mill-ġdid tal-lingwi, u l-kant u ż-żfin, u l-għarfien kulturali sabiex inkunu nistgħu nkomplu t-triq tal-bini tal-kapaċitajiet ta’ suċċessjoni fil-familja tagħna u fil-gruppi tribali tagħna.”

GettyImages-830426724.jpg
Australian Prime Minister Paul Keating (1993).

Għaliex it-titlu nattiv huwa kumpless?

Li tikseb rikonoxximent mhuwiex sempliċi.

Biex jistabbilixxu titlu nattiv, il-komunitajiet iridu juru konnessjoni kontinwa mal-art — ħafna drabi permezz ta’ stejjer orali, stejjer miktuba, u rekords mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-proċess legali huwa kumpless, u l-liġi u d-drawwiet tradizzjonali mhux dejjem japplikaw sewwa fl-istruttura legali tal-pajjiżi tal-Punent.

L-avukat Gwynette Govardhan, li tispeċjalizza fit-titlu nattiv u l-liġi tal-wirt, tispjega l-isfidi.

“Int qed tipprova tadotta kultura tradizzjonali fi struttura, aħna sempliċement qed nippruvaw indaħħluha u nippruvaw nagħmluha taħdem, meta fir-realtà hemm sfidi intrinsiċi li joħolqu problemi, għaliex is-sistema nnifisha li qed nippruvaw nadottaw ma nħolqitx, l-istruttura ma ġiex iddisinjat għal dan.”
Gwynette Govardhan.png
Yinhawangka Law Men Marlon Cooke (left) and David Cox ('Barndu') (right) with Gwynette Govardhan on Yinhawangka Country during a field trip to collect evidence (stories and land markings) of cultural heritage.

Kemm mill-Awstralja hija koperta bit-titlu nattiv?

Minkejja kollox, it-titlu nattiv ġab bidla reali u dejjiema.

Għen lill-komunitajiet jerġgħu jqajmu l-lingwi tagħhom, jirrestawraw modi tradizzjonali ta’ kif jieħdu ħsieb l-art u l-ilma, u jieħdu sehem aktar b’saħħtu fid-deċiżjonijiet dwar il-Pajjiż.

Mindu kien introdott l-Att tat-Titlu, it-titlu nattiv issa jkopri madwar 40 fil-mija tal-Awstralja, l-aktar f’żoni remoti u reġjonali, fejn inżammet il-konnessjoni tradizzjonali mal-Pajjiż.

Iżda huwa importanti li wieħed jiftakar li dan huwa differenti milli tkun sid tal-art.

Jekk tgħix f'belt jew żona reġjonali, bħal ħafna migranti, it-titlu nattiv probabbilment mhux se jbiddel il-ħajja ta' kuljum tiegħek — iżda li tifhem x’inhu, huwa pass lejn ir-rispett u r-rikonċiljazzjoni.

Gwynette Govardhan tispjega dan:

“Naħseb li huwa tassew importanti li tkun taf, li dan huwa f’sens ġenerali ħafna, iżda xi ħaġa bħad-drittijiet u l-interessi tat-titlu nattiv verament mhix se taffettwa lin-nies fuq livell personali..."
Gwynette Govardhan.jpg
Yinhawangka Country in the Pilbara region taken by Gwynette Govardhan during an on Country field trip.

Għaliex it-titlu nattiv huwa important għall-Awstraljani kollha?

Kif qal Paul Keating meta rrifletta fuq id-deċiżjoni ta’ Mabo, l-introduzzjoni tat-titlu indiġenu fis-sistema tal-immaniġġjar tal-art tal-Awstralja ma kinitx biss dwar il-ġustizzja għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet, iżda kienet pass 'il quddiem għall-Awstraljani kollha.

"Nistgħu nimxu 'l quddiem biex naraw Mabo bħala opportunità tremenda. Opportunità biex nirranġaw żball storiku. Opportunità biex nittraxxendu l-istorja tat-tneħħija tal-proprjetà. Opportunità biex nirrestawraw ir-rabta antika bejn l-art u l-kultura Aboriġina. Opportunità biex infejqu sors ta' mrar. Opportunità biex nirrikonoxxu l-kultura Aboriġina bħala element li jiddefinixxi n-nazzjonalità tagħna u biex nagħmluha ċara li din l-Awstralja – din l-Awstralja moderna, ħielsa u tolleranti – tista’ tkun post sigur u abbundanti għal kulħadd – inklużi l-ewwel Awstraljani.”
Diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-art, it-trattati, u t-titlu nattiv ikomplu madwar l-Awstralja. Dawn it-tliet affarijiet għandhom proċessi legali u politiċi differenti, iżda kollha għandhom l-għan li jirrikonoxxu l-konnessjoni tal-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet mal-Pajjiż u jappoġġjaw l-it-tmexxija tagħhom.

“Għandna bżonn l-art tagħna, il-kultura tagħna, il-lingwa tagħna, u l-komunità tagħna. M’aħniex kontra l-iżvilupp, iżda jeħtieġ li jkollna dan bħala l-pedament,” jgħid il-Professur Yu.

It-titlu nattiv huwa parti waħda mill-istorja kontinwa tal-għarfien tal-Awstralja — u li żżomm l-eqdem kulturi ħajjin tad-dinja konnessi mal-artijiet u l-ilmijiet tagħhom.
Audio of Prime Minister Paul Keating’s 1993 address courtesy of the National Archives of Australia (NAA).

Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.   

Do you have any questions or topic ideas? Send us an email to australiaexplained@sbs.com.au 

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand