Aktar minn stil ta’ moda: Kif il-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja qed tikber

AUSTRALIA EXPLAINED - INDIGENOUS FASHION

Back in Blak Runway 2025 Source: AFP / WILLIAM WEST

Jekk qattajt xi żmien fl-Awstralja, x’aktarx innotajt l-istil ta’ ħajja rilassanti. Tista’ tinnota ħwejjeġ sportivi, ħwejjeġ tas-surfing u ħwejjeġ każwali għal ħajja ta’ kuljum. Iżda hemm naħa oħra tal-moda Awstraljana. Disinjaturi Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait ilhom joħolqu ħwejjeġ u aċċessorji għal eluf ta’ snin — u dan ix-xogħol għadu ħaj ħafna llum. Tista’ tarah f’wirjiet tal-ħwejjeġ tal-moda, f’kampanji globali tal-moda u fil-ħwejjeġ ta’ kuljum. Illum se naraw x’jagħmel il-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet differenti, kif tikkonnettja mal-ambjent u x’għandek tkun taf jekk trid tilbes dawn il-ħwejjeġ.


Punti Ewlenin
  • In-nies Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait ilhom jiddisinjaw ħwejjeġ u aċċessorji għal eluf ta’ snin, billi jadattaw għall-klima u jiċċelebraw il-kultura, il-komunità u l-istejjer.
  • Id-disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet huma rappreżentati globalment bi kburija.
  • Il-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet spiss tinkludi xogħlijiet tal-arti minn artisti tal-Ewwel Nazzjonijiet li jingħataw kreditu u jkunu mħallsa.
  • Billi jużaw l-għarfien tradizzjonali, id-disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet qed imexxu ’l quddiem is-sostenibbiltà.

Qabel il-kolonizzazzjoni, in-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet madwar l-Awstralja żviluppaw ħwejjeġ li kienu adattati għall-klima, l-ambjent u l-istil ta’ ħajja tagħhom. Dak li n-nies kienu jilbsu seta’ juri min kienu u minn fejn ġew.

Ħafna disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet għadhom jaraw il-moda b’dan il-mod illum, bħala xi ħaġa li tgħid l-istorja, il-kultura u l-ħarsien tal-Pajjiż fil-ħajja ta’ kuljum. 

AUSTRALIA EXPLAINED—FIRST NATIONS FASHION
You can see Aboriginal and Torres Strait Islander fashion at national events like Australian Fashion Week. Credit: Rob Hookey/Getty Images

Fejn tista’ ssib il-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet illum?

Għal żmien twil, il-moda Aboriġina u tal-Gżejjer tat-Torres Strait rari kienet viżibbli fil-midja ġenerali. Ilbies skont tal-Pajjiżi tal-Punent sar magħruf permezz ta' missjonijiet, skejjel u policies tal-gvern, filwaqt li n-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet żammew il-ħwejjeġ kulturali ħajjin fil-komunitajiet u ċ-ċerimonji tagħhom.

Fl-aħħar għaxar snin, dan beda jinbidel. Id-disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet issa huma rappreżentati bi kburija madwar id-dinja.

Tista' tara l-moda Aboriġina u tal-Gżejjer tat-Torres Strait f'avvenimenti nazzjonali bħall-Ġimgħa tal-Moda Awstraljana, fl-avveniment annwali tal-Ewwel NazzjonijietCountry to Couture u murija fuq magażins tal-moda ewlenin bħal Vogue. Inizjattiva bħal First Nations Fashion + Design u n-National Indigenous Fashion Awards għenu fil-ħolqien viżibbli aktar kreattiv, fuq pjattaformi indipendenti għall-Ewwel Nazzjonijiet.

Australia Explained - Indigenous Fashion
Caption: Artist and designer Grace Lillian Lee employs traditional Torres Strait Island weaving techniques to create her sculptural pieces, as showcased at Paris Fashion Week 2025. Credit: Foc Kan/WireImage/Getty Images

Id-disinjatriċi ta’ nisel Dunghutti u Anaiwan, u fundatriċi tal-komunità onlajn,Yatu Widders Hunt, tiftakar kemm kienet limitata r-rappreżentazzjoni limitata meta kienet qed tikber f'Sydney.

Kont qed infittex ukoll modi kif nikkonnettja mal-identità tiegħi stess u wkoll ma' espressjonijiet kontemporanji tal-identità tal-Ewwel Nazzjonijiet, u sibt li l-moda kienet mod tassew tajjeb biex nagħmel dan.
Yatu Widders Hunt

Nathan McGuire ta’ nisel Whadjuk Noongar li huwa mudell u fundatur ta’ Mob in Fashion  jgħid li ħafna drabi hu kien l-unika persuna Aboriġina fuq is-sett meta beda jimmudella.

Illum jara aktar talent mill-Ewwel Nazzjonijiet fl-industrija.

“Dan huwa dwar kif in-nies tagħna jidhru u s-sbuħija tagħna tiġi apprezzata fil-pajjiż. U taf, li fil-fatt dan suppost jiġri,” jgħid.

Nathan McGuire.jpg
Whadjuk Noongar model and Mob in Fashion founder Nathan McGuire. Credit: Nathan McGuire

X'inhu differenti fil-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet?

Ħafna tikketti tal-ħwejjeġ tal-Ewwel Nazzjonijiet jiddeskrivu lilhom infushom bħala ispirati mill-istorja jew mal-konnessjoni mal-Pajjiż. Hawnhekk, 'Pajjiż' jirreferi għall-art, l-ilma, is-sema, il-komunità u l-kultura.

Id-disinji spiss ikunu marbuta ma' postijiet, lingwi jew temi kulturali speċifiċi.

Id-disinji jiġu minn xogħlijiet tal-arti minn artisti tal-Ewwel Nazzjonijiet li jingħataw kreditu u jkunu mħallsa. Ħafna marki jaħdmu wkoll bil-mod, u joħorġu kollezzjonijiet iżgħar li jappoġġjaw is-sostenibbiltà u l-kwalità.

Liandra Gaykamangu ta’ nisel Yolnu u fundatriċi tat-tikketta tal-ilbiesl Liandra, tgħid li l-marka tagħha kienet ispirata biex taqsam il-kultura b'mod miftuħ u li jistieden lill-oħrajn. 

Dejjem appoġġjajna l-kulur, il-kultura u l-ferħ... billi verament użajna l-moda bħala stedina miftuħa għal nies oħra lil hinn mill-komunità tagħna biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom u jiċċelebraw id-diversità tal-identità u d-differenzi kulturali tal-Awstralja permezz tal-marka tal-ħwejjeġ.
Liandra Gaykamangu

Mill-bidu nett, kull waħda mill-kollezzjonijiet tagħha kellha storja. Id-disinn fuq libsa jew qmis rari ikun biss għal-gost—jista’ jkun bidu ta’ konverżazzjoni dwar il-kultura, l-istorja jew il-komunità. 

Il-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet sostenibbli?

Ħafna disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet jaraw ix-xogħol tagħhom bħala parti minn relazzjoni ħafna eqdem mal-art u r-riżorsi. Il-prattiċi tradizzjonali tal-ilbies kienu bbażati fuq l-użu biss ta’ dak li kien meħtieġ, ir-rispett tal-annimali u l-pjanti u l-għarfien tal-istaġuni. It-tikketti tal-ħwejjeġ moderni qed jadattaw dan il-ħsieb għas-sistema tal-moda tal-lum.

Yatu temmen li l-għarfien tal-Ewwel Nazzjonijiet huwa kruċjali għall-industriji li jippruvaw jirrispondu għat-tibdil fil-klima u l-ħsara ambjentali. “Id-disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet qed imexxu t-triq fil-ħolqien ta’ negozji bi profitt b’modi li huma konxji tal-Pajjiżi,” tinnota hi.

Għall-konsumaturi, dan jista’ jfisser li jagħżlu ħwejjeġ li jappoġġjaw kemm il-kultura kif ukoll modi ta’ manifattura aktar bir-reqqa u fit-tul.

Yatu Widders Hunt.jpg
Yatu Widders Hunt, founder of online community Aus Indigenous Fashion. Credit: Yatu Widders Hunt

Il-ħolqien ta' opportunitajiet għal disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet.

Numru dejjem jikber ta’ tikketti u studios li huma proprjetà ta’ nies Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait qed joħolqu oppotunitajiet għal xogħol imħallas fl-ekosistema kollha tal-moda.

Liandra tuża l-marka tagħha biex tgħaqqad komunitajiet remoti u reġjonali ma’ opportunitajiet fil-livell tal-industrija. Permezz ta’ proġetti u sħubija, it-tikketta tagħha għenet lil nies kreattivi li għadhom jibdew jiksbu esperjenza u mbagħad jimxu lejn il-karrieri tagħhom stess: “Kellna mudelli ffirmati ma’ aġenziji Awstraljani ewlenin, ħadu sehem f’wirjiet tal-moda internazzjonali, komplew jaħdmu ma’ kampanji inkredibbli lil hinn mill-Awstralja u ħolqu l-indipendenza ekonomika tagħhom stess.”

Fil-livell nazzjonali, Yatuno tinnota li n-negozji tal-Ewwel Nazzjonijiet diġà huma parti ewlenija mill-ekonomija li għandha tiġi appoġġjata.

"Għandna settur tan-negozju tal-Ewwel Nazzjonijiet li qed jirnexxi u jikber tassew, għandna disinjaturi u artisti li jaħdmu madwar il-pajjiż kollu, inkluż f'żoni remoti, allura qed tappoġġja wkoll in-negozju tal-Ewwel Nazzjonijiet billi tixtri moda tal-Ewwel Nazzjonijiet."

Nista' nilbes ħwejjeġ tal-marka Aboriġina? 

Jista’ jkun diffiċli li tkun taf kif tinvolvi ruħek mal-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet b’mod rispettuż.

Dawn huma xi suġġerimenti sempliċi. Ħafna marki tal-Ewwel Nazzjonijiet jiddikjaraw b’mod ċar meta d-disinji jkunu ‘ally friendly’, jiġifieri kulħadd jista’ jilbsuhom.

Xi oġġetti, ġeneralment għal ċerimonji jew għal attivitajiet kulturali speċjali, huma biss għall-Aboriġini u għall-Gżejjer tat-Torres Strait. Dawn ħafna drabi jkunu mmarkati b’mod ċar online jew fuq tikketti.

Ħafna marki jaqsmu informazzjoni online jew fuq it-tikketta dwar l-artist, il-komunità u l-istorja wara d-disinn.

“Ngħid li l-maġġoranza tad-disinjaturi tal-Ewwel Nazzjonijiet joħolqu xogħol li huwa aċċessibbli għal kulħadd, allura mhux biss għall-persuni Indiġeni,” jispjega Yatu. "U naħseb li dan huwa eċċitanti għaliex ir-rakkont tal-istejjer tal-Ewwel Nazzjonijiet huwa fil-fatt ċentrali għall-identità Awstraljana u naħseb li l-kultura tagħna hija ġeneruża u tilqa’ lill-oħrajn ħafna, u nħobbu u rridu li n-nies iħossuhom kburin b'dan."

David Jones Indigenous Fashion Projects
David Jones Indigenous Fashion Projects show during Australian Fashion Week Source: Getty / Jason McCawley for AFW

Nathan jara l-moda bħala mod modern u pjaċevoli għall-migranti ġodda biex jikkonnettjaw mal-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet. Ix-xiri ta’ ħwejjeġ b’marka tal-Ewwel Nazzjonijiet, li tattendi wirjiet tal-moda jew li ssegwi disinjaturi fuq il-midja soċjali jistgħu jkunu kollha punti ta’ apprezzament.

“Bħala estensjoni ta’ dak li għandu jkun parti mill-kultura Awstraljana, dan huwa mod tassew tajjeb biex tinvolvi ruħek mal-komunità tagħna.”

Il-moda tal-Ewwel Nazzjonijiet tista’ toffri mod kif jinbena rispett u konnessjoni permezz ta’ xi ħaġa sempliċi daqs il-ħwejjeġ li nilbsu.

Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.

Do you have any questions or topic ideas? Email australiaexplained@sbs.com.au


Share

Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now