Il-kanċer tal-pulmun huwa l-ħames l-aktar kanċer komuni fl-Awstralja, iżda jikkawża l-akbar għadd ta’ mwiet minħabba li ħafna drabi jinstab meta jkun tard wisq. Issa hemm programm ġdid ta’ skrinjar li bih huwa ttamat li jinstabu każijiet tal-kanċer tal-pulmun ħafna aktar kmieni għal dawk bl-ogħla periklu ta’ dan il-kancer.
Share





