Strieħ fis-sliem Dun Emmanuel (Manny) Bonello– telfa għall-komunità Maltija fl-Awstralja

Photo: Fr Emmanuel Bonello Facebook
Tħabbret il-mewt, tal-Kan. Emmanuel Bonello, f’Victoria l-Awstralja, fejn kien ilu jagħti servizz pastorali fl-Arċidjoċesi ta' Melbourne sa mill-1983. Oriġinarjament huwa kien mill-Parroċċa tax-Xagħra, Għawdex. Hu kien il-Kappillan tal-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem, f’North Reservoir u ħadem fil-qrib mal-komunita' Maltija.
Share