Għoxrin tifel u tifla qegħdin jinġabru kull ġimgħa f’ċentru komunitarju fi Blacktown għal lezzjoni tal-lingwa Maltija b’differenza. It-tfal qegħdin jipprattikaw il-lingwa permezz ta’ musical. L-attriċi u edukatriċi professjonali Maria Cauchi Simpson kitbet il-musical Journey to Treasure Island u hija l-forza kreattiva ewlenija wara din it-taħlita unika ta’ edukazzjoni u divertiment.
Share




