Xjentisti madwar id-dinja jinsabu f’tellieqa biex isibu kif l-influwenza relatata mat-tjur u l-għasafar H-5-N-1 qed tevolvi u tkun ta’ periklu anke għan-nies. Ix-xahar li għadda, bidwi fl-industrija tat-tkabbir tal-annimali kien infettat bil-virus. Dan huwa l-ewwel kaz magħruf li l-virus għadda minn annimal għal persuna umana. U waqt li l-influwenza tat-tjur u l-għasafar għada trid tinstab fl-Awstralja, esperti qegħdin iwissu li l-wasla tagħha hawnhekk hija invevitabbli u għandna nkunu ippreparati.
Share




