Traditional Sweet Recipes from Malta

Sharon Spiteri

Sharon Spiteri Source: Sharon Spiteri

Sharon Spiteri titkellem ma' Joe Axiaq dwar il-ktieb tagħha Traditional Sweet Recipes from Malta. F'dan il-ktieb Sharon terġa' toħloq ir-riċetti tradizzjonali Maltin li jfakkruha fi tfulitha, tgħin lil ommha fil-kċina.


Il-ktieb Traditional Sweet Recipes from Malta huwa ktieb ta’ riċetti Maltin li Sharon Spiteri, iddedikat lill-ġenituri tagħha li ġew l-Awstralja, meta hi kienet żgħira. Sharon tkellmet mal-programm Malti tal-SBS u tgħid, li ommha kellha mħabba u passjoni kbira għat-tisjir u kien minn hawn li hija bdiet tieħu interess fit-tisjir.

Il-ħolqien mill-ġdid ta’ dawn ir-riċetti tradizzjonali, jfakkruha fi tfulitha, meta kienet tgħin lil ommha fil-kċina ssajjar. Iż-żjajjar tagħha f’Malta, fejn għamlet ukoll l-istudju tagħha fit-tisjir komplew ix-xewqa tagħha li tiġbor dak il-ħelu li ommha kienet issajjar fi ktieb tar-riċetti li jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqhom jibqgħu dejjem popolari u mfittxija minn dawk li jkunu jridu jibqgħu jżommu l-konnessjoni tagħhom ma’ Malta.  Sharon tgħid, li l-għan ewlieni ta’ dan il-ktieb huwa li tkun fejn tkun fid-dinja, dejjem ikollok parti minn Malta miegħek.

Mistoqsija jekk għanhiex il-ħsieb li tiġbor u tippubblika riċetti oħra ta’ tisjir Malti, Sharon ma eskludiex li tista’ tagħmel dan fil-futur.

Il-ktieb Traditional Sweet Recipes from Malta jista’ jinkiseb minn www.traditionalmaltesesweets.com
recovered_f7c86dfb517cc03164c42fa48f0993d9.jpg



Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand