X’ġara fil-fatt fis-26 ta’ Jannar?

Warga Pertama Australia mengadakan perarakan sempena Hari Australia

Meriki Onus dari suku kaum Gunai dan Gunditjmara mengambil bahagian dalam perarakan yang digelar Invasion Day Rally pada 26 Januari, 2025 di Melbourne, Australia. Hari Australia, yang dikenali sebelum ini sebagai Foundation Day, ialah sambutan tahunan rasmi setiap 26 Januari sempena ulangtahun ketibaan armada pertama di Sydney pada tahun 1788. Namun, kaum orang asli negara ini menganggap hari ini sebagai Hari Pencerobohan atau Invasion Day oleh pendatang kulit putih. Credit: Darrian Traynor/Getty Images Credit: Darrian Traynor/Getty Images

Is-26 ta' Jannar hija waħda mid-dati l-aktar dibattuti fl-istorja tal-Awstralja. Din id-data hija spiss deskritta bħala għeluq snin in-nazzjon. Il-jum la jimmarka t-twaqqif formali tal-kolonja u lanqas il-ħolqien tal-Commonwealth. Minflok, dan il-jum jirrifletti storja mqanqla ffurmata mill-kolonizzazzjoni, deċiżjonijiet politiċi, u r-reżistenza kontinwa tal-Ewwel Nazzjonijiet. Li nifhmu x'ġara fil-fatt fis-26 ta' Jannar juri għaliex din id-data hija esperjenzata b'mod tant differenti madwar il-pajjiż.


Punti Ewlenin
  • L-Ewwel Flotta waslet f’Botany Bay fit-18 ta’ Jannar 1788, mhux fis-26 ta’ Jannar.
  • L-Awstralja twaqqfet formalment fis-7 ta’ Frar 1788, mhux fis-26 ta’ Jannar.
  • Is-26 ta’ Jannar ilu żmien twil ta’ protesta u okkażjoni biex tingħad il-verità tal-istorja għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet.

Dan l-artiklu, huwa bbażat fuq vidjo tal-preżentatur fuq NITV John-Paul Janke, l-Editur Nazzjonali tal-Affarijiet Indiġeni fl-SBS u ko-preżentatur ta' The Point fuq NITV. Huwa jgħidilna kif is-26 ta' Jannar sar Jum l-Awstralja u għaliex għadu jkollu tifsiriet differenti ħafna għan-nies madwar il-pajjiż.

X'ġara fis-26 ta' Jannar fl-Awstralja?

Is-26 ta' Jannar jimmarka l-jum fl-1788 meta l-Kaptan Arthur Phillip tella’ l-bandiera Brittanika f'Sydney Cove. Sa filgħaxija, l-Ewwel Flotta sħiħa ta' ħdax-il vapur kienet ankrat f'Port Jackson, aktar minn tmien xhur wara li telqet mill-Ingilterra. Filwaqt li dan il-mument ħafna drabi jiġi meqjus bħala l-bidu tan-nazzjon, la kien il-bidu tal-wasla Brittanika u lanqas it-twaqqif formali tal-kolonja.

Sydney Cove, New South Wales, Australia, 1788, (1886).
Sydney Cove, New South Wales, Australia, 1788, (1886). Sydney Cove is a bay on the southern shore of Sydney Harbour. It was the site chosen in 1788 by Captain Arthur Phillip for the establishment of the first British colony in Australia, which later became the city of Sydney. The date of the colony's founding, 26 January, is today celebrated as Australia Day. Wood engraving from 'Picturesque Atlas of Australasia, Vol I', by Andrew Garran, illustrated under the supervision of Frederic B Schell, (Picturesque Atlas Publishing Co, 1886). (Photo by The Print Collector/Print Collector/Getty Images) Credit: Print Collector/Print Collector/Getty Images

L-Ewwel Flotta waslet fis-26 ta' Jannar?

Le. L-Ewwel Flotta bdiet tasal f'Botany Bay fit-18 ta' Jannar 1788. Wara li ċċekkja ż-żona, Phillip iddeċieda li ma kinitx adattata għall-issetiljar minħabba l-ħamrija fqira u ilma ħelu limitat. Irjieħ qawwija dewmu t-tluq tal-flotta, u fil-25 ta' Jannar żewġ vapuri Franċiżi, immexxija mill-Kaptan Jean-François de La Pérouse, dehru 'l barra mix-xatt. Kmieni l-għada filgħodu, Phillip u grupp żgħir marru lejn Sydney Cove, fejn saret ċerimonja qasira fis-26 ta' Jannar.

Meta twaqqfet uffiċjalment l-Awstralja?

Il-kolonja ta' New South Wales ġiet proklamata formalment fis-7 ta' Frar 1788, meta Arthur Philip ġie ddikjarat uffiċjalment il-gvernatur. Il-konfini tal-kolonja kienu jestendu lejn il-lvant u koprew aktar minn nofs il-kontinent. Dawn il-konfini kienu bbażati fuq trattati Ewropej, minkejja l-fatt li l-art kienet diġà d-dar għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet.

Arthur Phillip, British naval commander, c 1789.
UNITED KINGDOM - JUNE 10: Engraving by W Sherwin after a painting by F Wheatly, of Phillip (1738-1814) who, in 1787, commanded the First Fleet carrying convicts to Australia. The day of his landing at Botany Bay, 26 January 1788, was later celebrated as Australia Day. Phillip founded a penal colony at Sydney Cove, Port Jackson, and was made Governor (colonial administrator) of New South Wales. (Photo by SSPL/Getty Images) Credit: Science & Society Picture Librar/SSPL via Getty Images

Kif affettwa l-inżul fl-art lill-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet?

L-Ewwel Flotta waslet f'Pajjiż li kien jappartjeni għal mill-inqas 29 grupp ta' klannijiet tal-Ewwel Nazzjonijiet madwar Sydney. L-art ma kinitx battala. Għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet, is-26 ta' Jannar jimmarka l-bidu tat-teħid tal-pussess tagħhom, il-vjolenza, u r-reżistenza. Dawn l-impatti għadhom jinħassu sal-lum.

Għaliex is-26 ta' Jannar sar Jum l-Awstralja?

Is-26 ta' Jannar ġie mniżżel għall-ewwel darba bħala btala pubblika fi New South Wales fl-1818 mill-Gvernatur Lachlan Macquarie. Dak iż-żmien kien magħruf bħala Jum l-Ewwel Inżul jew Jum il-Fondazzjoni.

Sal-1888, ħafna kolonji kienu qed ifakkru s-26 ta' Jannar bħala Jum il-Fondazzjoni jew Jum l-Anniversarju, għalkemm kull kolonja osservat dati ta' bidu differenti.

Fl-aħħar tas-seklu dsatax, l-Assoċjazzjoni tan-Nattivi Awstraljani saret vuċi qawwija biex id-data tas-26 ta’ Jannar issir btala nazzjonali. L-organizzazzjoni ppromwoviet il-federazzjoni iżda ma ppermettietx is-sħubija tal-irġiel bojod imwielda fl-Awstralja.

Jum l-Awstralja jfakkar il-Federazzjoni?

Le. Il-Commonwealth tal-Awstralja ġie stabbilit f'Jum l-Ewwel tas-Sena tal-1901. L-ewwel seduta tal-parlament federali saret aktar tard, fid-9 ta' Mejju 1901. Is-26 ta' Jannar ma jimmarka l-ebda wieħed minn dawn l-avvenimenti. Minflok, jikkommemora l-iżbark tal-1788 f'Sydney Cove.

Meta beda jintuża l-isem ta' Jum l-Awstralja?

L-idea ta’ Jum l-Awstralja nazzjonali ħarġet matul l-Ewwel Gwerra Dinjija bħala parti mill-isforzi ta’ ġbir ta’ fondi għall-gwerra. Għal diversi snin, l-avvenimenti kienu jsiru f’Lulju minflok f’Jannar.

Sal-1918, xi organizzazzjonijiet kienu bdew jirreferu għas-26 ta’ Jannar bħala Jum l-Awstralja. Fl-1930, l-Assoċjazzjoni Nattiva Awstraljana adottat formalment l-isem, u sal-1935 ħafna stati segwewha, għalkemm fi New South Wales kompla jkun meqjus bħala Jum l-Anniversarju għal diversi snin oħra.

Għaliex is-26 ta' Jannar huwa Jum ta' Luttu għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet?

Fil-150 anniversarju tal-iżbark fl-1938, il-mexxejja tal-Ewwel Nazzjonijiet organizzaw il-Jum ta’ Luttu. Kienet waħda mill-ewwel protesti nazzjonali għad-drittijiet ċivili tal-Aboriġini, li ġibdet l-attenzjoni għall-inġustizzja, l-esklużjoni, u t-teħid tal-art.

Minn dakinhar 'l hawn, is-26 ta' Jannar baqa' jum ta' protesta qawwija, tifkira ta’ dak li ġara, u kif ħelsuha mill-mewt ħafna komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet.

Meta s-26 ta' Jannar sar btala pubblika nazzjonali?

L-arranġamenti tal-btajjel pubbliċi varjaw bejn l-istati għal għexieren ta' snin. Xi wħud fakkru s-26 ta' Jannar innifsu, filwaqt li oħrajn osservaw il-btala nhar l-eqreb Tnejn għal din id-data. Wara l-biċentenarju tal-1988, l-istati kollha gradwalment bdew jagħmlu l-btajjel pubbliċi tagħhom fl-istess data. Is-26 ta' Jannar sar btala pubblika nazzjonali fl-1994.

Australia Day Live 2024
SYDNEY, AUSTRALIA - JANUARY 26: A general view is seen during Australia Day Live 2024 at the Sydney Opera House on January 26, 2024 in Sydney, Australia. (Photo by Don Arnold/WireImage) Credit: Don Arnold/WireImage

Għaliex is-26 ta' Jannar għadu jum importanti llum?

Is-26 ta' Jannar għandu tifsiriet differenti. Għal xi wħud, jirrappreżenta l-identità u ċ-ċelebrazzjoni nazzjonali. Għal ħafna popli tal-Ewwel Nazzjonijiet, jissimbolizza l-invażjoni, it-telf, u r-reżiljenza. Hekk kif il-konversazzjonijiet ikomplu madwar l-Awstralja, li nifhmu l-istorja sħiħa ta’ din id-data huwa ċentrali biex tingħad il-verità u biex jinbena futur b'informazzjoni eżatta u inklussiv.

Din l-istorja ġiet produċuta b’kollaborazzjoni ma’ NITV. L-awdjo minn John-Paul Janke huwa parti minn vidjow ta’ NITV li jispjega s-26 ta’ Jannar u l-istorja tiegħu.


Share

Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now