Punti Ewlenin
- Closing the Gap tnieda fl-2008 biex jindirizza l-inugwaljanzi fis-saħħa u l-età li jgħixu il-popli Aboriġini u Torres Strait Islander.
- Fl-2020 l-istrateġija ġiet riformata sabiex it-teħid tad-deċiżjonijiet jinqasam mal-komunitajiet Aboriġini u Torres Strait Islander.
- Il-progress kien divers, b’ħames miri fid-direzzjoni t-tajba iżda oqsma bħall-arresti u għeluq fil-ħabsijiet u r-rati ta’ suwiċidju jmorru għall-agħar.
- Ħamsa biss minn 19-il mira bħalissa jinsabu fid-direzzjoni t-tajba.
L-ewwel snin: talba għall-ugwaljanza
Kollox beda fl-2005, meta l-Elder Aboriġinali l-Professur Tom Calma AO għamel Rapport storiku dwar il-Ġustizzja Soċjali. Fih, huwa talab għall-ugwaljanza tas-saħħa għall-persuni Aboriġini u Torres Strait Islander fi żmien ġenerazzjoni waħda, iġifieri f’25 sena.
Ir-rapport tiegħu qanqal mewġa ta’ appoġġ pubbliku. Sal-2007, l-isportivi magħrufa fil-Logħob Olimpiku, Cathy Freeman u Ian Thorpe kienu ngħaqdu f’kampanja ġdida.
“Dan huwa dwar x’kapaċi nagħmlu llum flimkien biex ngħinu lil xulxin … ngħinu lil xulxin,” qalet Cathy Freeman fit-tnedija tal-kampanja Close the Gap.

Kienet iffurmaa l-ewwel strateġija tal-Closing the Gap
Fl-2008, il-Prim Ministru Kevin Rudd għamel l-istrateġija tal-Closing the Gap uffiċjali. Dik is-sena stess għamel l-apoloġija nazzjonali lill-ġenerazzjonijiet misruqa.
L-istrateġija oriġinali biex tingħeleb id-differenza fl-età iffukat fuq seba’ oqsma ewlenin bħall-età li tgħix il-persuna, l-imwiet tat-tfal, l-edukazzjoni u l-impjiegi. It-tama kienet li jsir titjib li jista’ jingħaraf fi żmien 10 snin.
Kull sena minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Prim Ministru tal-ġurnata poġġa fuq il-mejda tal-Kamra rapport li jiddeskrivi kif sejrin l-affarijiet.
Fl-2019, matul it-terminu tiegħu bħala Prim Ministru, Scott Morrison irrifletta fuq 12-il sena ta’ Closing the Gap:
“Hija ħrafa ta’ tama, frustrazzjoni u diżappunt-ħrafa ta’ intenzjonijiet tajba u, tabilħaqq, bi skop tajjeb. Iżda r-riżultati mhumiex tajbin biżżejjed. Dan, b’dispjaċir, għadu l-istess … ipperpetwajna mod ta’ ħsieb li diffiċli jinbidel... u dik hija l-bidla li issa qed nagħmlu flimkien mal-Awstraljani Indiġeni permezz ta’ dan il-proċess.”

Dan kien aktar minn għaxar snin wara li tnediet l-istrateġija oriġinali. Kien jidher ċar li l-affarijiet ma kenux qed jaħdmu, għax tnejn biss mill-miri oriġinali kienu mexjin fid-direzzjoni t-tajba, u d-differenza fit-tul tal-ħajja kienet qed tikber.
L-istrateġija tilħaq punt ta’ bidla
L-istrateġija kellha tinbidel. Ġiet riformata mill-ġdid u ngħatat l-isem National Agreement on Closing the Gap b’bidla sħiħa bl-enfasi minn soluzzjonijiet immexxija mill-gvern tkun għal sħubija ġenwina ma’ komunitajiet Indiġeni.
Il-Koalizzjoni ta’ grupp ta’ aktar minn 80 organizzazzjoni kkontrollata mill-komunitajiet Aboriġinali u Torres Strait Islander - ġiet iffurmata biex toħloq flimkien metodi ġodda ta’ tmexxija.
Il-ftehim il-ġdid stabbilixxa 19 il-mira speċifika li għandhom jintlaħqu sas-sena 2031. Dawn jinkludu:
- Tfal jitwieldu b’saħħithom
- Studenti jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom ta’ tagħlim
- Inqas żgħażagħ jidħlu fis-sistema tal-ġustizzja kriminali.Dan huwa mod aktar ħolistiku li jiffoka mhux biss fuq is-saħħa, iżda wkoll fuq l-akkomodazzjoni, il-ġustizzja, il-kultura u l-parteċipazzjoni ekonomika.

Allura kif sejrin illum?
Għaddiet kważi ġenerazzjoni mis-sejħa ta’ Tom CALMA għall-bidla. Lura għal dak iż-żmien, id-differenza fl-età ta’ ħajja bejn l-Awstraljani Indiġeni u dawk mhux Indiġeni kienet ta’ 11-il sena. Illum, hija madwar tmienja. Iżda inkwetanti, it-tendenza li għal darba oħra turi li sejra fid-direzzjoni l-ħażina.
Skont l-aħħar rapport tal-Kummissjoni ta' Produttivita' kien hemm xi progress. Ħdax minn 19-il mira raw titjib. Iżda bħalissa ħamsa biss jinsabu fid-direzzjoni t-tajba.
Hemm xi sinjali inkoraġġanti: aktar trabi qed jitwieldu b’piż ta’ saħħa tajjeb, u aktar żgħażagħ qed jispiċċaw Year 12 jew bi kwalifiki ekwivalenti.
Iżda ċerti oqsma, bħar-rati ta’ suwiċidju u l-arresti u l-għeluq fil-ħabsijiet qegħdin jiżdiedu.
“Jeħtieġ li nkompli naħdmu,” tgħid Pat Turner mill-Grupp tal-Mexxejja tal-Koalizzjoni.
“Closing the Gap mhux biss dwar l-istatistika. Huwa dwar il-ħajja reali u familji b’saħħithom u futur isbaħ … Huwa dwar l-assigurazzjoni li t-tfal tagħna jikbru biex ikunu b’saħħithom u kburin u konnessi mal-kultura tagħhom”.






