Rural landscape, Western Australia, Australia
Rural landscape, Western Australia, Australia

L-Innu Nazzjonali Awstraljan u l-wegħda taċ-ċittadinanza bil-Malti

Qlibna l-Innu Nazzjonali Awstraljan u l-wegħda taċ-ċittadinanza f’ħafna mil-lingwi mitkellma mal-Awstralja kollha.

Published

Source: SBS

L-SBS jirrikonoxxi lill-Popli Aboriġini u Torres Strait Islander madwar l-Awstralja bħala s-Sidien Tradizzjonali tal-Pajjiż, u l-konnessjoni kontinwa tagħhom mal-art, l-ilmijiet, u l-komunità.

Il-lirika oriġinali ta’  Advance Australia Fair inkitbet fl-1878 mill-għalliem tal-iskola u kompożitur  Awstraljan Peter Dodds McCormick. Il-kanzunetta ġiet ikkonfermata bħala l-innu nazzjonali tal-Awstralja fid-19 ta’ April 1984.

Fl-2021 il-kliem fit-tieni vers tal-Innu ġie aġġornat minn “żagħżugħ u ħieles” għal “wieħed u ħieles” biex jirrifletti l-inklussività’.

L-Innu jindaqq f’ċerimonji uffiċjali, kompetizzjonijiet sportivi u avvenimenti oħra komunitarji.

Il-lirika tal-Innu Nazzjonali Awstraljan

Awstraljani ejjew ilkoll nifirħu,

Għax aħna magħqudin u ħielsa;

Għandna art fertili u prosperità bix-xogħol;

Darna mdawra bil-baħar;

Artna mimlija b’riżorsi naturali

Ta’ sbuħija, għana u rari;

F’kull paġna tal-istorja, kull stadju

Ejjew nimxu ’l quddiem.

B’ilħna għolja ferrieħa mela nkantaw,

Ejjew nimxu ’l quddiem.

Taħt il-kwiekeb jiddu tas-Southern Cross tagħna

Naħdmu b’qalbna u b’idejna;

Biex nagħmlu dan il-Commonwealth tagħna

Magħruf mad-dinja kollha;

Għal dawk li ġew minn pajjiżi oħra

Għandna art bl-abbundanza x’naqsmu;

B’kuraġġ ejjew ningħaqdu lkoll

Biex iIkoll nimxu ’l quddiem.

B’ilħna għolja ferrieħa mela nkantaw,

Ejjew nimxu ’l quddiem.

Australians Celebrate Australia Day As Debate Continues Over Changing The Date
- Credit: Don Arnold/Getty Images

Il-wegħda taċ-Ċittadinanza Awstraljana

Mindu kienet introdotta ċ-ċittadinanza Awstraljana fl-1949, aktar minn sitt miljun persuna saru ċittadini permezz tal-għoti formali taċ-ċittadinanza Awstraljana.

Iċ-ċerimonji taċ-ċittadinanza huma organizzati mill-kunsilli lokali, fosthom f’Jum iċ-Ċittadinanza Awstraljana fis-17 ta’ Settembru.

Bħala parti miċ-ċerimonja, jindaqq l-Innu Nazzjonali Awstraljan, u n-nies jagħmlu l-wegħda li jaċċettaw ir-responsabbiltajiet taċ-ċittadinanza Awstraljana.

Hemm żewġ verżjonijiet tal-wegħda, li waħda minnhom issemmi lil Alla.

Verżjoni tal-1 wegħda 

Minn issa 'l quddiem, f'isem Alla,

inwiegħed il-lealta' tiegħi lejn l-Awstralja u l-poplu tagħha,

li t-twemmin demokratiku tagħhom jien inħaddan,

li d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom nirrispetta, u

li l-liġijiet tagħhom jien se nsostni u nobdi.

Verżjoni tat-2 wegħda

Inwiegħed il-lealta' tiegħi lill-Awstralja u lill-poplu tagħha,

li t-twemmin demokratiku tagħhom jien inħaddan,

li d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom nirrispetta, u

li l-liġijiet tagħhom jien se nsostni u nobdi.

Read and listen Australian National Anthem and citizenship pledge in your language


Share

Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now